My AI hu chatbot li hu disponibbli bħalissa għall-iSnapchatters.
F'konverżazzjoni f'chat, My AI jista' jwieġeb mistoqsija kurjuża li tkun ilha tberren, joffri pariri dwar ir-rigal ideali għal għeluq snin il-BFF tiegħek, jgħinek tippjana mixja għal long weekend, jew itik suġġerimenti dwar xi ssajjar għall-ikla ta' filgħaxija.
Qegħdin naħdmu bla waqfien biex intejbu u nevolvu My AI, iżda hu possibbli li t-tweġibiet ta' My AI jistgħu jinkludu kontenut mimli preġudizzji, mhux korrett, dannuż jew qarrieqi. Minħabba li My AI hu funzjoni li għadha qed tevolvi, dejjem għandek tiċċekkja b'mod indipendenti t-tweġibiet ipprovduti minn My AI qabel ma tibbaża fuq kwalunkwe parir, u m'għandekx taqsam informazzjoni kunfidenzjali jew sensittiva.
L-iSnapchatters faċilment jistgħu jibagħtu kummenti u ħsibijiet lit-tim tagħna billi jżommu magħfusa kwalunkwe tweġiba minn My AI biex jaqsmu aktar tagħrif dwar x'jixtiequ jaraw iktar jew inqas ta' spiss waqt li aħna nkomplu nħarrġu My AI.
My AI jaħdem b'Large Language Models bħall-mudelli GPT ta' OpenAI u l-mudelli Gemini ta' Google u tħarreġ fuq firxa diversa ta' kontenut miktub, b'titjib tas-sikurezza addizzjonali u b'kontrolli uniċi għal Snapchat. Aħna nemmnu li għandu jkun hemm trasparenza meta l-AI tkun involuta fil-ħolqien tal-kontenut. Jekk taqsam kontenut iġġenerat minn My AI ma' oħrajn, jekk jogħġbok għarrafhom li l-AI kienet involuta fix-xogħol tiegħek.
It-tweġibiet ta' My AI kultant ikunu limitati għall-aħħar informazzjoni fid-dejta tat-taħriġ tal-mudelli sottostanti. Dan ifisser li t-tweġibiet ta' My AI jistgħu ma jkunux kurrenti skont aħbarijiet u avvenimenti reċenti. My AI jista' jevita wkoll ċerti suġġetti sensittivi kif xieraq.
Kemm idum maħżuna l-interazzjonijiet tiegħi?
Il-kontenut kollu maqsum ma' My AI jinħażen sakemm tħassru int.
Kif nista' nħassar id-dejta tiegħi?
Tista' tħassar il-kontenut mibgħut lil My AI fiċ-Chat tiegħek fi żmien 24 siegħa. Tista' wkoll tħassar kontenut li qsamt ma' My AI fil-passat billi ssegwi dawn il-passi:
- Taptap l-ikona tal-Profil tiegħek u taptap ⚙️ biex tmur fis-Settings
- Skrollja 'l isfel għal "Kontrolli tal-Privatezza"
- Taptap "Ħassar id-Dejta"
- Taptap "Ħassar id-Dejta ta' My AI" u kkonferma
Jew
- Taptap l-ikona tal-Profil tiegħek u taptap ⚙️ biex tmur fis-Settings
- Skrollja 'l isfel għal "Azzjonijiet tal-Kont"
- Taptap "Ħassar id-Dejta ta' My AI," u kkonferma
Għal xiex m'għandix nuża My AI?
Tużax My AI biex tiġġenera kontenut politiku, sesswali, li jkun ta' fastidju, jew qarrieqi, spam, malware, jew kontenut li jippromwovi l-vjolenza, il-ħsara fuq il-persuna, it-traffikar tal-bnedmin, jew kontenut li jikser ir-Regoli tal-Komunità tagħna. Għandek tevita wkoll milli taqsam informazzjoni kunfidenzjali jew sensittiva ma' My AI.
X'dejta tinqasam ma' My AI u kif tintuża?
Il-kontenut maqsum ma' My AI, inkluż fejn int tinsab f'dak il-ħin jekk tkun qsamt dik l-informazzjoni ma' Snapchat, jintuża minn My AI biex jipprovdi tweġibiet rilevanti u utli għal dak li int titolbu, inklużi rakkomandazzjonijiet ta' postijiet fl-inħawi. Id-dejta tiegħek tista’ tintuża wkoll minn Snap biex ittejjeb il-prodotti ta’ Snap u tippersonalizza l-esperjenza tiegħek, inklużi r-reklami.
X'informazzjoni oħra nista' naqra dwar My AI?
Ikklikkja f'waħda mit-taqsimiet ta' hawn taħt għal iktar artikli b'aktar informazzjoni dwar My AI:
- Immaniġġjar ta' My AI - Sir af kif tagħmel affarijiet bħal kif iżżid My AI lura fil-feed taċ-Chat tiegħek jew kif ma tħallihx ippinnjat/tneħħih bi Snapchat+.
- Id-Dejta u My AI - Sir af kif My AI juża d-dejta u l-għażliet tal-privatezza tad-dejta tiegħek.
- Iċċettjar ma' My AI - Sir af kif int tista' tibqa' sigur/sigura meta titkellem ma' My AI u x'tipi ta' kontenut dan jista' jibgħat jew jirċievi.
- Personalizzazzjoni ta' My AI - Sir af kif tista' tippersonalizza affarijiet relatati ma' My AI, bħall-avatar u l-bijo tiegħu.