Jekk ma tistax tidħol fil-kont tiegħek minħabba li ma tistax tiftakar il-password tiegħek, tista' titlob li tirrisettjaha mill-iskrin tal-login ta' Snapchat.
Jekk taf il-password attwali tiegħek u tista' tidħol fil-kont Snapchat tiegħek, tista' tibdel il-password tiegħek fi kwalunkwe ħin billi tmur f'din il-link u ssegwi l-passi hawn taħt:
- Idħol fil-kont Snapchat tiegħek billi tuża l-username jew l-email tiegħek
- Daħħal il-kodiċi ta' verifika mibgħut lilek minn Snapchat
- Segwi d-direzzjonijiet fuq l-iskrin biex tibdel il-password tiegħek
Tista' wkoll tibdel il-password tiegħek minn ġewwa l-app Snapchat:
- Mur fil-Profil Tiegħi
- Tektek ⚙️ biex tiftaħ Settings
- Tektek 'Password'
- Segwi d-direzzjonijiet fuq l-iskrin biex tibdel il-password tiegħek