Bħala abbonat ta' Snapchat+, tikseb Irkupru ta' Snapstreak wieħed bla ħlas darba f'xahar.
Jekk jogħġbok żomm f'moħħok: Ix-xahar jibda jgħodd minn dak il-jum tax-xahar li bdejt l-abbonament tiegħek. Jekk abbonajt għal Snapchat+ fl-14 tax-xahar, se jkollok irkupru bla ħlas sat-13 tax-xahar ta' wara. Fl-14 tax-xahar, l-għadd tal-irkupri bla ħlas se jitreġġa' lura għal wieħed.
Biex tuża l-Irkupru ta' Snapstreak tiegħek bla ħlas tax-xahar…
- Iftaħ il-Profil u agħfas fuq il-karta tas-sħubija ta' Snapchat+ tiegħek
- Agħfas fuq 'Irkurpru ta' Snapstreak'
- Agħżel waħda mill-iSnapstreaks li skadewlek dal-aħħar biex terġa' tirkupraha lura bħla ħlas!
Jekk diġà użajt l-irkupru bla ħlas tax-xahar, jeħtieġlek tħallas b'xirja mill-app għal kull irkupru ieħor li tuża dak ix-xahar.
Jekk jogħġbok żomm f'moħħok: L-irkupri bla ħlas li ma jintużawx ma jgħaddux għax-xahar ta' wara.