Qed ikollok problemi biex taċċessa l-kont tiegħek? Tgħallem aktar dwar ir-raġunijiet għaliex ma tistax taċċessa l-kont tiegħek hawn taħt.
Agħfas biex tkabbar taqsima:
Il-kont tiegħi imblukkat
Kont jista' jiġi msakkar temporanjament jew b'mod permanenti. Jekk il-kont tiegħek huwa msakkar temporanjament, tista' tipprova terġa' tidħol permezz tal-app jew fuq il-web billi tmur fil-Portal tal-Kontijiet ta' Snapchat fuq https://accounts.snapchat.com u tagħżel 'Niftaħ.'
Jekk tipprova tidħol f'Snapchat u tara messaġġ li l-kont ġie msakkar b'mod permanenti, ifisser li skoprejna xi attività li tikser il-Linji Gwida tal-Komunità jew it-Termini ta' Servizz tagħna, għalhekk issakkrajna l-kont tiegħek u jista' jkun li neħħejna l-kontenut tiegħek. Jista' jkollok il-ħila li tappella din id-deċiżjoni, kif deskritt f''Kif Tissottometti Appell dwar Kont Imsakkar.'
Jekk jogħġbok aqra l-artiklu 'Imblukkajtuli l-kont ta' Snapchat tiegħi' jekk tixtieq iktar informazzjoni dwar ix-xorta ta' mblukkar fuq il-kont tiegħek u għaliex stajna mblukkajnielek il-kont.
Xi ħadd daħal fil-kont tiegħi
Jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tim tal-Għajnuna minn hawn jekk xi ħadd iħħekkjalek jew daħal fil-kont tiegħek u m'għadekx tista' tidħol fih.
Meta xi ħadd jidħol fil-kont ta' Snapchat tiegħek mingħajr permess (taf tgħid ukoll li ħħekkjawk), dan ifisser li xi ħadd mingħajr il-permess li juża l-kont daħal fih.
Meta tikkuntattjana, kun żgur li tinkludi indirizz elettroniku li għandek aċċess għalih sabiex tkun tista' tirċievi tweġiba mill-appoġġ. Se nitolbu wkoll informazzjoni addizzjonali biex nivverifikaw l-identità tiegħek, bħall-isem tal-utent tiegħek, meta tlift l-aċċess għall-kont tiegħek, eċċ., imma ftakar li qatt m'għandek taqsam il-password jew il-passcode ta' My Eyes Only ma' ħadd — lanqas magħna! Rappreżentant ta' Snapchat qatt mhu se jitolbok għalihom u m'għandniex bżonnhom biex jgħinuk.
Iftaħ dil-paġna biex issir taf iktar dwar il-kontijiet użati mingħajr permess.
Meta nipprova nidħol fil-kont, jitla' messaġġ bi żball
Hemm għadd ta' raġunijiet għaliex taf mhux jirnexxielek tidħol fi Snapchat jew toħloq kont ta' Snapchat ġdid. Meta sseħħ dil-ħaġa, għandu jitla' messaġġ ta' żball li jfissirlek x'wassal għall-problema u kif tista' tipprova ssewwiha.
Iftaħ dil-paġna biex issir taf x'inhuma l-iktar messaġġi ta' żbalji komuni u xi jfissru.
Ma nistax nivverifika l-indirizz tal-email jew in-numru tal-mowbajl tiegħi
Sabiex taċċessa l-kont tiegħek, ikollok bżonn aċċess għall-email jew in-numru tal-mowbajl tiegħek biex tirrisettja l-password tiegħek. Biex titgħallem aktar, mur hawn.
Imblukkajtuli l-kont
Biex terġa' tattiva l-kont tiegħek, idħol fl-app Snapchat bl-isem tal-utent tal-kont li trid terġa' ġġib lura. Għandek 30 jum biex terġa' tattiva kont ta' Snapchat li ġie diżattivat qabel ma jkun skedat li jitħassar b'mod permanenti.
⚠️ Jekk jogħġbok innota: Ma tistax tbiddel il-password tiegħek jew tuża l-indirizz elettroniku/numru tat-telefon tiegħek biex tidħol fil-kont tiegħek waqt li dan ikun diżattivat. Kontijiet imħassra b'mod permanenti ma jistgħux jiġu attivati mill-ġdid.
Imblukkajtuli l-kont għal ftit taż-żmien
Nafu mblukkajnielek il-kont ta' Snapchat għal ftit taż-żmien għal għadd ta' raġunijiet bħal:
Ippruvajt tidħol fil-kont tiegħek wisq drabi f'firxa qasira ta' żmien
Jekk jiġri hekk, ara li qed iddaħħal id-dettalji t-tajba u stenna 48 siegħa qabel terġa' tipprova tidħol fil-kont.
Qed tuża għadd ta' kontijiet ta' Snapchat
Nistgħu nindunaw li qed tuża aktar minn kont wieħed ta' Snapchat— speċjalment jekk wieħed minn dawk il-kontijiet ikun kiser it-Termini ta' Servizz tagħna. Jekk jiġri dan, tista' ma tkunx tista' tuża Snapchat fuq it-tagħmir tiegħek għal perjodu estiż ta' żmien. Jekk jogħġbok stenna 48 siegħa qabel ma terġa' tidħol, u kun żgur li żżomm mat-Termini ta' Servizz tagħna.
Insejt il-password tal-kont tiegħi
Aqra hawn taħt biex tifhem jekk tistax tibdel il-password tal-kont tiegħek.
Għal raġunijiet ta' sigurtà, ma nistgħux nibdlu password ta' kont jekk:
- Il-kont tiegħek m'għandux indirizz tal-email jew numru tal-mowbajl marbut miegħu
- Ma tafx l-indirizz tal-email u/jew in-numru tal-mowbajl marbut miegħu
- M'għandekx tista' tuża l-indirizz tal-email u/jew in-numru tal-mowbajl marbut mal-kont
Jekk tista' tibdel il-password tal-kont tiegħek, żur dil-paġna biex issir taf iktar kif tibdilha b'email jew SMS.
Insejt/ma nistax nuża l-indirizz tal-email jew in-numru tal-mowbajl tiegħi
Jekk tista' tuża l-indirizz tal-email jew in-numru tal-mowbajl tiegħek, tista' tibdel il-password tal-kont b'xi wieħed minnhom.
Għal raġunijiet ta' sigurtà, ma nistgħux nibdlu password ta' kont jekk:
- Il-kont tiegħek m'għandux indirizz tal-email jew numru tal-mowbajl marbut miegħu
- Ma tafx l-indirizz tal-email u/jew in-numru tal-mowbajl marbut miegħu
- M'għandekx tista' tuża l-indirizz tal-email u/jew in-numru tal-mowbajl marbut mal-kont