It-Tiftix bl-IA juża informazzjoni mis-Sit tal-Għajnuna ta’ Snapchat u l-IA ħallieqa biex iwieġeb mistoqsijiet li tfittex inti dwar Snapchat. Issa saret disponibbli madwar id-dinja.
Kif tibda tuża t-Tiftix bl-IA:
- Staqsi xi ħaġa dwar Snapchat (eż.: kif nista' noħloq il-Lentijiet?)
- Irċievi tweġiba li tiġbor fil-qosor l-informazzjoni mis-Sit tal-Għajnuna ta' Snapchat
- Ivverifika l-għejun tal-informazzjoni mogħtija biex tara li huma preċiżi jew biex taqra t-tagħrif oriġinali b'iktar ilsna
- Għidilna jekk Tiftix bl-IA kienx siewi (sebgħa 'l fuq) jew le (sebgħa 'l isfel)
Agħfas fuq suġġett hawn taħt għal iktar tagħrif dwar it-Tiftix bl-IA.
Kif taħdem il-faċilità tat-Tiftix bl-IA?
Biex iwieġeb il-mistoqsija tiegħek, it-Tiftix bl-IA juża t-teknoloġija tal-IA ħallieqa biex ifittex il-ġabra tat-tagħrif tagħna u joħloq taqsira tat-tagħrif li jsib.
B'liema ilsna nista' nuża Tiftix bl-IA?
Bħalissa, it-Tiftix bl-IA jaħdem b'kontenut fuq dan is-sit li nistgħu nżommu għajnejna fuqu u naġġornaw b'mod regolari. Tista' taċċessa sorsi b'hyperlink għal kwalunkwe Tiftix bl-IA biex taqra l-artikli ta' appoġġ oriġinali.
Kif nista' nifhem jekk it-tweġibiet li jkun tani Tiftix bl-IA humiex preċiżi?
Iċċekkja r-risposti mit-Tiftix bl-IA għal sorsi marbuta. L-informazzjoni li tirċievi tkun ġejja minn dawk l-artikli, u b'hekk tista' tivverifika t-Tiftixiet bl-IA minnhom.
Tista' wkoll tikkuntattja lit-Tim tal-Għajnuna ta' Snapchat jekk tkun teħtieġ iktar għajnuna bex tuża Snapchat.
Għaliex Tiftix bl-IA ma jweġibx xi wħud mill-mistoqsijiet?
It-Tiftix bl-IA ifittex is-Sit tal-Għajnuna ta' Snapchat għal informazzjoni relevanti għall-mistoqsija tiegħek. Jekk ma nsibux artiklu fuq dak is-suġġett, it-tiftixa tiegħek ma tirritorna l-ebda riżultat.
Kif nista' naqsam il-kummenti u l-ħsibijiet tiegħi dwar Tiftix bl-IA?
Biex tgħarrafna jekk it-tweġiba ta' Tiftix bl-IA kinitlekx ta' siwi, agħfas fuq l-ikona tas-sebgħa 'l fuq jew tas-sebgħa 'l isfel wara kull tiftixa.
Grazzi tal-kummenti u l-ħsibijiet tiegħek! Kull vot jgħinna nitjiebu.
Kif nista' nikkuntattja lit-Tim tal-Għajnuna ta' Snapchat jekk Tiftix bl-IA ma jweġibx il-mistoqsija tiegħi?
It-Tim tal-Għajnuna tagħna qiegħed hawn biex jgħinek jekk ma tiksibx tweġiba mis-sit tagħna għall-mistoqsija tiegħek.
Biex tikkuntattjana, agħżel l-eqreb suġġett għall-mistoqsija tiegħek mil-lista t'hawn taħt u imxi mal-istruzzjonijiet murija fuq il-paġna tal-għajnuna:
- Ma nistax naċċessa l-kont tiegħi
- Għandi bżonn l-għajnuna dwar karatteristika ta' Snapchat
- Irrid nirrapporta kont jew kontenut
Jekk il-problema tiegħek ma taqax taħt xi waħda minn dawn il-kategoriji, ibda minn hawn u agħżel suġġett biex tikkuntattja l-Għajnuna ta’ Snapchat.
Nista' nuża s-Sit tal-Għajnuna ta' Snapchat xorta waħda mingħajr ma nuża l-IA?
Iva! Agħfas fuq il-lenti fir-rokna tal-lemin ta' fuq jew żur dil-paġna biex tfittex is-Sit tal-Għajnuna ta' Snapchat mingħajr ma tuża l-IA.
Kif tuża id-dejta mit-Tiftixiet bl-IA tiegħi?
Nużaw id-dejta ta' kif tuża Tiftix bl-IA, fosthom il-kummenti u l-ħsibijiet li taqsam magħna biex intejbu l-ħidma tas-servizz, skont ma hemm miktub fil-Politika tal-Privatezza tagħna.
Jekk jogħġbok żomm f'moħħok: Meta tuża Tiftix bl-IA, tkun qed taqbel mar-Regoli tas-Servizz ta' Snap.