Dejjem tista' tirrevedi l-permessi ta' Snapchat tiegħek billi tfittexhom fis-settings tiegħek!
Ara kif tara l-permessi tiegħek:
- Tektek l-ikona tal-Profil fil-parti ta' fuq tal-iskrin
- Tektek ⚙️ biex tiftaħ is-Settings
- Skrolla 'l isfel u tektek 'Permessi'
Agħfas fuq taqsima biex tmur mill-ewwel għaliha:
Aqra l-istatus u l-identità tat-telefon
Imla awtomatikament in-numru tat-telefon tiegħek meta tirreġistra għal Snapchat, għall-konvenjenza tiegħek.
Irċievi messaġġi bit-test (SMS)
Imla awtomatikament il-kodiċi tal-SMS li Snapchat jibgħatlek waqt il-verifika tan-numru tat-telefon, għall-konvenjenza tiegħek.
Ħu ritratti u vidjows
Uża l-kamera tiegħek biex tieħu Snaps, tagħmel video chat, iżżid ħbieb billi tipponta l-kamera tiegħek lejn l-Snapcode tagħhom, u aktar.
Irrekordja l-awdjo
Uża l-mikrofonu tiegħek biex tirrekordja l-awdjo għal Snaps, video chat, u aktar.
Lokazzjoni preċiża (GPS u bbażata fuq in-netwerk)
Uża l-lokazzjoni tiegħek għal karatteristiċi bħal Geofilters u Live Stories, u għal servizzi oħra li jtejbu l-esperjenza tiegħek.
Aqra l-kuntatti tiegħek
Nistgħu niġbru u nużaw informazzjoni mill-ktieb tal-indirizzi tat-tagħmir tiegħek biex ngħinuk u lil oħrajn issibu ħbieb, u għalhekk nistgħu ntejbu l-app.
Aqra l-karta tal-kuntatt tiegħek stess
Imla awtomatikament ismek sħiħ meta teditjaha fis-settings ta' Snapchat, għall-konvenjenza tiegħek.
Imqabbad ma' apparati Bluetooth
Iqabbad man-Nuċċali permezz tal-Bluetooth.
Aċċessa s-settings tal-Bluetooth
Ikkonnettja awtomatikament man-Nuċċali li tkun waqqaft qabel.
Qabbad u skonnettja mill-Wi-Fi
Importa Snaps minn Spectacles permezz tal-Wi-Fi.;
Ibdel il-konnettività tan-netwerk
Qabbad direttament ma' Spectacles permezz tal-Wi-Fi.
Permessi tal-Ħażna
Immodifika jew ħassar il-kontenut tal-ħażna USB tiegħek
Issejvja Snaps u Stories fil-gallerija tar-ritratti tat-tagħmir tiegħek, ibgħat ritratti u vidjows fiċ-Chat, u aktar. Snapchat juża wkoll il-ħażna tat-tagħmir tiegħek biex isalva s-settings u jaħżen fil-cache il-kontenut li tibgħat u tirċievi.
Aqra l-kontenut tal-ħażna USB tiegħek.
Snapchat awtomatikament jgħabbi s-settings tal-app li tkun salvajt qabel.
Sib kontijiet fuq l-apparat
Irċievi notifiki meta ħbiebek jikkuntattjawk fuq Snapchat, meta Snapchatters oħra jżiduk, u għal avvenimenti importanti oħra.
Permessi tan-Netwerk
Aċċess sħiħ għan-netwerk
Ibgħat u rċievi Snaps, chats, u dejta oħra.
Irċievi dejta mill-internet
Irċievi Snaps u chats, u kontenut ieħor minn Snapchatters oħra.
Ara l-Konnessjonijiet tan-Netwerk
Snapchat jottimizza l-kunsinna ta' Snap abbażi tas-saħħa tal-konnessjoni tal-internet tiegħek.
Ara l-Konnessjonijiet Wi-Fi
Snapchat jottimizza l-kwalità ta' Snap abbażi tas-saħħa tal-konnessjoni Wi-Fi tiegħek.
Permessi tal-Batterija
Ikkontrolla l-flash
Uża l-flash tiegħek biex tieħu ritratti aħjar fid-dlam.
Ikkontrolla l-vibrazzjoni
Jippermettilek li tattiva l-vibrazzjoni għan-notifiki ta' Snapchat.
Evita li t-telefon jorqod
L-iskrin tiegħek mhux se jintefa awtomatikament waqt li tkun qed tuża Snapchat.
Ibdel is-settings tal-awdjo tiegħek
Fuq xi apparati, Snapchat jaġġusta s-settings tal-awdjo biex jippermettilek tagħmel video chat.
Clipboard
Ħalli Snapchat jaċċessa l-clipboard tiegħek sabiex tkun tista' tehmeż links malajr bl-għodda Paperclip.