Jekk ma jinbidel xejn fis-settings, ikunu biss il-"Ħbieb" li żżid fuq Snapchat li jistgħu jikkuntattjawk direttament jew jaraw l-iStory tiegħek.
Kif tbiddel is-settings tal-privatezza tiegħek 👯
- Taptap il-buttuna ⚙️ fl-iskrin tal-Profil biex tiftaħ is-Settings
- Skrollja 'l isfel lejn it-taqsima 'Kontrolli tal-Privatezza' u taptap għażla
- Agħżel waħda mill-għażliet, imbagħad taptap il-buttuna lura biex tissejvja l-għażla tiegħek
Għażliet tas-settings tal-privatezza
Min Jista’ Jikkuntattjani: Agħżel min jista’ jikkuntattjak direttament bi Snaps, Chats, telefonati, eċċ.
Min Jista' Jibgħatli Notifiki: Agħżel li tirċievi notifiki mingħand kulħadd jew mingħand sħabek biss. Sir af aktar dwar is-settings tan-notifiki għal iOS u għal Android.
Min Jista' Jara l-iStory Tiegħi: Agħżel min jista' jara l-iStory tiegħek. Taptap "Personalizzazzjoni" jekk tixtieq timblokka ħbieb speċifiċi milli jaraw l-iStory tiegħek.
Jekk inti Profil Pubbliku, ikollok tmur fil-profil tiegħek biex tirranġa s-settings tal-privatezza tal-iStory Tiegħi tiegħek.
Min Jista' Jara Fejn Ninsab: Agħżel min jista' jara fejn tinsab fuq il-Mappa tas-Snaps. Mhux se jiġi xxerjat fejn tinsab fuq il-Mappa qabel ma tiftaħha għall-ewwel darba.
Min Jista' Juża l-Cameos Selfie Tiegħi: Agħżel min jista' juża l-Cameos selfie tiegħek f'Cameos b'żewġ persuni.
Min Jista' Jarani F'Sib Ħbieb: Agħżel min jista' jarak f'Sib Ħbieb, karatteristika li tagħmilha aktar faċli li ssib u żżid ħbieb. Nota: Jistgħu jgħaddu sa 72 siegħa biex tieħu effett kwalunkwe bidla f'dan is-setting.
Indikatur tal-Attività: Agħżel li tħalli lil Snapchatters oħra jaraw jekk kontx attiv/attiva fuq Snapchat dan l-aħħar.
Ftit affarijiet li għandek iżżomm f'moħħok
Anke jekk tagħżel "Ħbieb Tiegħi", kull min qiegħed fi Grupp miegħek se jkun jista’ jikkomunika miegħek fil-Group Chat. Biex tara min hu fi Grupp qabel ma tidħol fih, agħfas u żomm b'subgħak l-isem tal-grupp fl-iskrin taċ-Chat!
Jekk tagħżel "Ħbieb Tiegħi", m'intix se tara Snaps mibgħuta lilek minn nies mhux ħbieb — se tirċievi biss notifika li żiduk bħala ħabib/ħabiba. Jekk iżżidhom lura, tkun tista' tara s-Snap li bagħtulek!
Jekk tagħżel "Kulħadd" għal "Ikkuntattjani", anki Snapchatters li ma żidtx ikunu jistgħu jibagħtulek Snaps u Chats
Jekk tippowstja Snap fl-iStory tiegħek, u mbagħad tbiddel is-settings tiegħek biex il-ħbieb biss ikunu jistgħu jaraw l-iStory tiegħek, oħrajn xorta jaf ikunu jistgħu jaraw is-Snaps li tkun ippowstjajt qabel il-bidla
Suġġeriment Siewi 💡 Jekk tixtieq tirċievi Snaps mingħand "Kulħadd" imma trid tirċievi biss notifiki meta l-"Ħbieb’ jibagħtulek Snap, tista’ tbiddel is-settings tan-notifiki tiegħek għal iOS jew għal Android fis-settings ta’ Snapchat > Notifiki.