Jekk apparat li kien marbut mal-kont Snapchat tiegħek jintilef jew jinsteraq, kun żgur li "tinsieh" u tneħħih mill-kont tiegħek mill-aktar fis possibbli. Dan jipproteġi kontra utenti mhux awtorizzati li jiksbu aċċess għall-kont tiegħek.
Biex tinsa apparat konness…
- Tektek l-ikona tal-Profil tiegħek u tektek ⚙️ biex tmur fis-Settings
- Tektek 'Awtentikazzjoni b'Żewġ Fatturi'
- Tektek 'Insa l-Apparati'
- Tektek il-buttuna ✖️ ħdejn kull apparat li tixtieq tinsa
- Meta tintalab tikkonferma, tektek 'Iva'
⚠️Jekk jogħġbok innota: Jekk aċċidentalment tinsa apparat, tinkwetax! Tista' terġa' torbtu mal-kont tiegħek permezz tal-istess menu tas-settings tal-awtentikazzjoni b'żewġ fatturi.