Minbarra l-limitazzjonijiet imsemmija fir-Regoli tal-Komunità, fuq Snapchat ma tista' ttella' l-ebda kontenut li jmur kontra l-liġi Franċiża. Fosthom hemm:
- Tħeġġiġ, ċaħda jew nuqqas ta' teħid bis-serjetà tar-reati kontra l-bniedem
- Provokazzjoni biex twettaq għemil terroristiku u t-tħeġġiġ ta' provokazzjonijiet bħal dawn
- Tħeġġiġ tal-mibegħda jew tal-vjolenza kontra xi nies minħabba s-sesswalità, ir-razza, ix-xaqlib sesswali, l-identità tal-ġens, id-diżabbiltà, l-etniċità jew ir-reliġjon tagħhom
- Pornografija tat-tfal
- Reati kontra d-dinjità tal-bniedem
- Fastidju sesswali
- Traffikar tal-bnedmin
Jekk jogħġbok żomm f'moħħok li dejjem tista' tuża l-faċilità tar-rapporti fl-app jew timla dil-formola biex tirrapporta l-abbuż fuq Snapchat. Aħna nqisu dar-rapporti biex nifhmu jekk kien hemm ksur tar-Regoli tal-Komunità, tar-Regoli tas-Servizz jew tal-liġi Franċiża. Jekk insibu li kien hemm xi ksur, nistgħu nneħħu l-kontenut, nagħlqu jew nillimitaw il-kont u/jew ngħarrfu lill-forzi tal-ordni. Jekk nagħlqulek il-kont għax tkun ksirt ir-Regoli tas-Servizzi, ir-Regoli tal-Komunità jew il-liġi Franċiża, mhux se tkun tista' terġa' tuża Snapchat. Tista' tressaq appell minn hawn jekk temmen li neħħejnielek il-kontenut tiegħek bi żball.
Tista' taqra r-Rapport tat-Trasparenza tagħna għal iktar tagħrif dwar il-proċess tal-għarbiel tagħna.