Jekk fl-app ta' Snapchat issib xi messaġġ li l-kont tiegħek imblukkat talli ksirt ir-Regoli tal-Komunità jew ir-Regoli tas-Servizz tagħna, mhux se nkunu nistgħu nerġgħu niftħuhulek. F'xi każijiet, minbarra li nkunu mblukkajnielek il-kont, nafu nkunu neħħejna l-kotenut li kiser ir-Regoli tal-Komunità jew ir-Regoli tas-Servizz tagħna u/jew imblukkajnielek għalkollox it-tagħmir tiegħek mill-pjattaforma tagħna.
Taptap biex tkabbar
Nista' nressaq appell biex terġgħu tiftħuli l-kont?
Jekk tista' tressaq appell għall-kont li sakkarnielek, se tkun tista' tibda l-proċess tal-appell mill-app ta' Snapchat. Iftaħ l-app, ipprova idħol u agħfas fuq 'Appella d-Deċiżjoni' fuq it-tagħrif li jitla'.
Jekk jogħġbok żomm f'moħħok: Ma tistax tressaq iktar minn appell wieħed għal kont imsakkar. Jekk niċħdulek l-appell, ma tistax tressaq ieħor.
Jekk ma ssib l-ebda tagħrif bl-għażla 'Appella d-Deċiżjoni', f'dak il-każ ma tistax tappella l-fatt li mblukkajnielek il-kont.
Żur dil-paġna għal iktar dettalji dwar il-proċess tal-appell.
Il-proċess tal-appell tal-app ta' Snapchat huwa l-uniku mod li tista' tuża biex tappella d-deċiżjoni tagħna jekk imblukkajnielek il-kont. Jekk jogħġbok tressaqx talbiet għall-għajnuna barra l-proċess uffiċjali; dil-ħaġa mhux se tħaffiflek l-appell jew terġa' tiftaħlek il-kont imblukkat.
Diġà ressaqt appell imma għad għandi xi mistoqsijiet
Jekk għandek xi mistoqsijiet oħra dwar appell li diġà ressaqt, tista' żżur dil-paġna għal iktar dettalji dwar il-proċess tal-appell.
Jekk jogħġbok żomm f'moħħok li l-proċess tar-reviżjoni jista' jieħu sa 30 jum. Malli nieħdu deċiżjoni, se ngħarrfuk bl-email jew bl-app ta' Snapchat.
⚠️ Il-proċess tal-appell tal-app ta' Snapchat huwa l-uniku mod li tista' tuża biex tappella d-deċiżjoni tagħna jekk imblukkajnielek il-kont. Jekk jogħġbok tressaqx talbiet għall-għajnuna barra l-proċess uffiċjali; dil-ħaġa mhux se tħaffiflek l-appell jew terġa' tiftaħlek il-kont imblukkat.
Jien noqgħod ġewwa l-Unjoni Ewropea u nixtieq nilmenta dwar appell
Jekk toqgħod ġewwa l-Unjoni Ewropea, l-appell li ressaqt minħabba li mblukkajnielek il-kont ma ntlaqax u tixtieq tilmenta dwar id-deċiżjonijiet tagħna, tista' tressaq appell lil xi entità għall-ilħiq tal-ftehim barra l-qorti li għandha ċertifikat b'dak kollu mitlub minn Artiklu 21.3 tal-Att tas-Servizzi Diġitali. Tista' wkoll tressaq tilwima skont ir-Regoli tas-Servizz tagħna.
Imbuokkajtuli t-tagħmir: kodiċi tal-iżbalji SS18, SS06, SS07
Jekk int u tipprova tidħol fil-kont tiegħek jew toħloq kont ġdid qed jitla' żball bil-kodiċi SS18 jew SS06, dak ifisser li Snapchat imblukkatlek it-tagħmir għalkollox minħabba li ġibt ruħek ħażin jew tennejt tikser ir-Regoli tal-Komunità tagħna. Meta nsibu xi għemil li jħassibna, nagħmlu hekk għal raġunijiet ta' sigurtà biex inħarsu l-komunità ta' Snapchat.
Jekk int u tipprova tidħol fil-kont qed jitla' l-iżball bil-kodiċi SS07, dan ifisser li mblukkajnielek għalkollox it-tagħmir milli jidħol fi Snapchat għax hemm wisq kontijiet marbuta ma' dat-tagħmir.
Jekk imblukkajnielek għalkollox it-tagħmir tiegħek, mhux se tkun tista' toħloq kontijiet ġodda fuqu. Jekk jogħġbok żomm f'moħħok li l-proċess tal-appell tal-app ta' Snapchat huwa l-uniku mod li tista' tuża biex tappella d-deċiżjoni tagħna jekk imblukkajnielek il-kont, anki jekk imblukkajnielek għalkollox it-tagħmir tiegħek.
Għaliex imblukkajtuli l-kont?
Nafu nimblukkawlek il-kont jekk...
- Insibu kontenut jew imġibiet oħra li jmorru kontra r-Regoli tal-Komunità jew ir-Regoli tas-Servizz tagħna
- Naraw xi għemil li jħassibna, bħall-bgħit ta' għadd kbir ta' talbiet għall-ħbieb lil għadd ta' Snapchatters fi żmien qasir
- Naħsbu li xi ħadd jaf daħal fil-kont tiegħek u nimblukkawhulek għas-sigurtà tiegħek
- Insibu li dħalt fil-kont tiegħek minn tagħmir imblukkat għalkollox
- Insibu li qed tuża xi app, bidla jew plugin barranija biex tuża Snapchat
Biex ma nerġgħux insakkrulek il-kont...
- Imxi mal-linji gwida tagħna ta' kif tħares il-kont ta' Snapchat tiegħek
- Ivverifika l-indirizz tal-email jew in-numru tal-mowbajl tiegħek biex iżżid is-sigurtà tal-kont
- Evita mġiba li tmur kontra Regoli tal-Komunità jew it-Termini tas-Servizz tagħna, bħal pereżempju li tibgħat spam jew tuża apps, plugins, jew tweaks parti terza / terza mhux awtorizzati.
⚠️ Meta nimblukkaw kont ta' Snapchat talli jkun kiser ir-Regoli tas-Servizz jew ir-Regoli tal-Komunità tagħna, f'xi każijiet nafu nimblukkaw għalkollox ukoll it-tagħmir marbut mal-kont milli juża s-servizzi ta' Snap. L-iSnapchatters li nkunu għalaqnielhom il-kont ma jistgħux joħolqu kontijiet ġodda.
Min jista' jerġa' jiftaħli l-kont?
Tista' tressaq appell mill-app jekk meta tipprova tidħol fil-kont tiegħek fuq l-app ta' Snapchat titla' n-notifika ‘Appella d-Deċiżjoni’.
⚠️ L-uniku mod li jaħdem biex terġa' tiftaħ il-kont tiegħek huwa li jew tagħmel hekk int stess jew, meta tista' tagħmel hekk, tressaq appell mill-app ta' Snapchat. Jekk jogħġbok la għandek tressaq talbiet għall-għajnuna barra minn dal-proċessi u lanqas għandek tagħti każ ta' nies qarrieqa li jgħidulek li jistgħu jerġgħu jiftħulek il-kont.
La mblukkajtuli l-kont, nista' għallinqas nikseb kopja tad-dejta tiegħi?
Biex tniżżel it-Tifkiriet tiegħek jew dejta oħra, jekk jogħġbok imxi ma' dal-istruzzjonijiet:
- Iftaħ il-brawżer tiegħek, żur accounts.snapchat.com u idħol fil-kont tiegħek
- Agħfas fuq ‘Id-Dejta Tiegħi’
- Agħżel id-dejta li tixtieq tniżżel
- Agħżel il-firxa tad-dati tad-dejta li tixtieq tniżżel jew jekk tixtieq tniżżel id-dejta kollha, itfi dil-għażla
- Ikkonferma l-indirizz tal-email li tixtieqna ngħarrfuk fuqu
- Agħfas fuq ‘Ibgħat’ f'qiegħ il-paġna
- Malli d-dejta tkun lesta biex tniżżilha, se nibagħtulek email b'ħolqa. Hawn tista' ssib il-kopji tad-dejta li tlabt dal-aħħar
- Agħżel ‘Uri l-kopji tad-dejta’ u mbagħad agħfas fuq ‘Niżżel’ biex tniżżel il-kopja tad-dejta tiegħek
Jekk jogħġbok żomm f'moħħok li d-dejta taf ma tkunx tista' tinkiseb għal xi xorta ta' kontijiet imblukkati.