F'xi stati għandek il-jedd tkun taf jekk inbigħux id-dejta tiegħek filwaqt li f'California għandek il-jedd tkun taf jekk naqsmuhiex biex nibnu profil tal-imġibiet tiegħek fuq l-internet għar-riklami — u, jekk nagħmlu hekk, il-jedd li ma tħalliniex nagħmlu hekk. Għandna aħbar tajba! Skont it-tifsiriet li jagħtu l-liġijiet ta' dawk l-istati, aħna la nbigħu u lanqas "naqsmu" d-dejta tiegħek.
F'xi stati għandek il-jedd ukoll li ma tkunx fil-mira tar-riklami mmirati. Lill-utenti tagħna nagħtuhom kollha s-setgħa li jagħmlu din l-għażla, li jitfu r-riklami msejsa fuq l-imġiba tagħhom, billi jibdlu l-għażliet tar-riklami direttament mill-app — aqra iktar hawn.
Jekk tgħix f'California, għandek il-jedd ukoll li titlobna nillimitaw l-użu u l-qsim tat-tagħrif personali sensittiv tiegħek. Din tissejjaħ "Talba għal-Limitazzjoni". Min-naħa tagħni niġbru u nużaw għadd ċkejken ta' tagħrif personali sensittiv, bħall-ġeolokalizzazzjoni preċiża (jekk tkun tajtna l-permess nużawha), biex nagħtuk is-servizzi li tkun tlabtna u biex nuruk riklami li jogħġbuk, li jgħoddu għalik u li iktar siewja għalik.
Jekk ma tixtieqx tħallina nużaw it-tagħrif personali sensittiv tiegħek għal għanijiet oħra għajr li nagħtuk is-servizzi bażiċi meħtieġa, tista' timxi mal-istruzzjonijiet t'hawn taħt.
Jekk jogħġbok żomm f'moħħok: Jekk tibgħat Talba għal-Limitazzjoni, xorta se nkomplu nuruk ir-riklami fl-app imma dawk ir-riklami jafu jgħoddu inqas għalik. Ngħidu aħna, fuq Snapchat xorta nafu nuruk ir-riklami msejsa fuq it-tagħrif li tkun tajtna u fuq is-suppożizzjonijiet li nagħmlu mill-imġiba tiegħek fuq Snapchat.
Hawn naqsmu iktar tagħrif dwar il-liġijiet tal-privatezza tal-istati tal-Istati Uniti tal-Amerka biex issir taf iktar dwar il-jeddijiet li taf għandek.
Għażliet tal-Privatezza għal California
L-iSnapchatters jistgħu jressqu Talba għal-Limitazzjoni:
Fuq iOS:
- Biex tiftaħ l-Għażliet, agħfas fuq ⚙️ minn Il-Kont Tiegħi
- Niżżel il-paġna sakemm issib 'Għażliet tal-Privatezza' u agħfas fuq 'Għażliet tal-Privatezza għal California'
- Biex tibgħat, ixgħel 'Illimita l-Użu tat-Tagħrif Personali Sensittiv'
Fuq Android:
- Biex tiftaħ l-Għażliet, agħfas fuq ⚙️ minn Il-Kont Tiegħi
- Niżżel il-paġna sakemm issib 'Għażliet tal-Privatezza' u agħfas fuq 'Għażliet tal-Privatezza għal California'
- Biex tibgħat, ixgħel 'Illimita l-Użu tat-Tagħrif Personali Sensittiv'
Jekk iktar tard tibdel fehmtek, tista' terġa' titfi l-għażla 'Illimita l-Użu tat-Tagħrif Personali Sensittiv' biex terġa' tħallina nużaw dak it-tagħrif. Żomm f'moħħok: dil-għażla tgħodd biss għall-utenti li jgħixu f'California.
Dawk li mhumiex Snapchatters jistgħu jagħżlu li ma jaqsmux il-ġeolokalizzazzjoni preċiża tagħhom ma' Snapchat mill-għażliet tat-tagħmir tagħhom. Iċċekkja l-għażliet tat-tagħmir tiegħek biex issir taf iktar.