L-istickers Friendmoji u xi Stejjer Bitmoji juru l-avatar Bitmoji tiegħek ħdejn l-avatar Bitmoji ta' Sħabek. Tista' ssibhom fi Snaps ma' Sħabek, fit-Taħditiet, fit-Taħditiet tal-Grupp u f'iktar imkejjen! L-iSnaps bl-istickers Friendmoji jistgħu jintbagħtu lill-oħrajn u jintbagħtu fl-Istejjer.
Hemm swiċċ li jħallik tagħżel min jista' juża l-Bitmoji tiegħek fl-istickers Friendmoji u fl-Istejjer Bitmoji. Biex tagħżel min jista' juża l-avatar Bitmoji tiegħek fl-istickers Friendmoji, jekk jogħġbok imxi mal-proċess t'hawn taħt:
- Mill-app ta' Snapchat, agħfas fuq l-ikona tal-profil li ssib fir-rokna tax-xellug ta' fuq
- Agħfas fuq l-ikona tar-Ger fir-rokna tal-lemin ta' fuq
- Niżżel il-paġna 'l isfel u agħfas fuq 'Uża l-Avatar Bitmoji tiegħi' taħt “Servizzi Oħra”
- Agħżel l-għażla li tixtieq