Jekk int Snapchatter li għalaqt is-16-il sena, nagħtuk l-għażla li tuża l-Profil Pubbliku tiegħek. Jekk tagħżel li tuża l-Profil Pubbliku tiegħek, dawn xi ħwejjeġ li għandek iżżomm f'moħħok dwar il-privatezza tiegħek:
- L-għażliet dwar il-kontenut pubbliku tiegħek huma għażliet li vera jaħdmu! Jekk ma tixtieqx tkun ħallieq/a u taqsam il-kontenut tiegħek mal-pubbliku, tista' tagħżel li ma taqsamx il-kontenut tiegħek pubblikament bi Storja pubblika jew kontenut ta' Spotlight.
- Fl-għażliet tal-Istorja tiegħek, taħt l-għażla 'Iftaħ l-Istorja Tiegħi', m'għadx għandek l-għażla 'Kulħadd'. Tista' ttella' Stejjer pubbliċi minflok! L-Istorja Tiegħi pubblika tiegħek hija l-iġded verżjoni tal-Istorja Tiegħi bl-għażla tal-privatezza 'Kulħadd'.
- Jekk għandek 16 jew 17-il sena, tista' tiftaħ u tikkwota t-tweġibiet li kitbulek is-segwaċi fuq l-Istorja pubblika tiegħek imma sakemm ma tkunux aċċettajtu lil xulxin bħala ħbieb, ma tistax tikkomunika magħhom.
- Ħarsien mill-kuntatt mhux mixtieq: Aħna niffiltraw it-tweġibiet qabel jaslu għand il-ħallieq tal-kontenut – u l-filtri huma idjaq għall-iSnapchatters ta' 16 u 17-il sena. L-iSnapchatters għandhom ukoll l-għażliet li jitfu t-tweġibiet kollha u li jimblukkaw għadd ta' kliem biex il-komunikazzjoni kollha tkun ċivili u edukata. Fil-lista tat-Taħditiet nifirdu dawn it-tweġibiet tal-Istejjer miktuba mis-segwaċi mit-taħditiet privati tal-iSnapchatters. Għandna wkoll iktar sistemi ta' ħarsien biex il-kontenut maqsum mal-pubbliku ma jisfax sors ta' talbiet għall-ħbiberiji mhux mixtieqa minn adulti li fil-ħajja ta' vera mhux parti mix-xirka tal-ħbieb tal-adoloxxenti.
L-utenti ta' Snapchat li timblokka xorta se jkunu jistgħu jiftħu l-kontenut pubbliku li ttella' (bħall-Istejjer Pubbliċi jew il-kontenut tiegħek fuq Spotlight).