Nifhmu li ħadd mhu l-istess u għalhekk nużaw ftit mill-informazzjoni li għandna dwarek biex naddattaw l-esperjenza ta' Snapchat apposta għalik!
Fi Spotlight u Sejjieba tat-tab Stejjer nużaw l-algoritmi biex nippersonalizzaw u nsarbtu l-kontenut. Nemmnu li l-kontenut li jkun addattat għalik jogħġbok u tieħu iktar gost tarah minn kontenut li ma jkunx. Jekk pereżempju tħobb tara l-kontenut marbut mal-isport u tgħidilna li ma jinteressawkx il-pariri fuq il-makeup u x-xagħar, aħna se nuruk iktar sport u mhux se nuruk pariri fuq kif tieħu ħsieb ix-xagħar. Tista' ssib iktar informazzjoni fuq dawn il-paġni tal-għajnuna: Kif Insarbtu l-Kontenut fuq Spotlight u Kif Insarbtu l-Kontenut fuq Sejjieba.
Bl-istess mod, nemmnu li l-Lentijiet huma l-aktar rilevanti u siewja meta jkunu personalizzati għall-interessi tiegħek. Pereżempju, jekk tħobb tinvolvi ruħek ma' Lentijiet Sportivi, bħal Sports, l-algoritmu jitgħallem dan u jipprijoritizza Lentijiet b'temi Sports. Nispjegaw aktar dwar kif nippersonalizzaw il-Lentijiet fuq Kif Nikklassifikaw il-Lentijiet fuq Snapchat.
Irridu wkoll nuruk reklami li huma rilevanti, divertenti u interessanti għalik. Jekk tħobb it-tisjir, ir-riklami dwar l-għodda tat-tisjir u r-riċetti jafu jogħġbuk iktar minn riklami dwar it-trampolines pereżempju (sakemm ma tħobbx taqbeż ukoll!). Int speċjali u għalhekk ir-riklami li se nuruk ħafna drabi jkunu msejsa fuq dak li nemmnu huma s-suġġetti li jinteressawk, fuq l-imġiba tiegħek fuq il-pjattaforma tagħna u fuq l-informazzjoni li l-imsieħba u r-riklamaturi tagħna jagħtuna dwarek. Għal iktar informazzjoni fuq kif naddattaw ir-riklami li nuru, aqra l-artiklu Il-Privatezza u t-Trasparenza għar-Riklami fuq Snapchat.
Il-Mappa Snap tippermettilek taqsam il-lokazzjoni tiegħek ma' ħbieb magħżula, issib affarijiet x'tagħmlu flimkien, u tesplora d-dinja. Filwaqt li l-Snap Map hija personali għalik, u tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-post tiegħek u ta' ħbiebek (jekk jaqsmu l-post tagħhom miegħek), il-kontenut li jintwera lilek fuq Snap Map mhuwiex personalizzat. Aħna nispjegaw aktar dwar kif il-kontenut jiġi kklassifikat fuq Kif Nikklassifikaw il-Kontenut fuq il-Mapep.