Sir af iktar dwar l-appelli għall-kontijiet imblukkati.
Agħfas fuq taqsima biex tmur mill-ewwel għaliha:
- Liema xorta ta' mblokki tal-kont nista' nressaq appell dwarhom?
- Kif nista' nressaq appell marbut ma' kont imblukkat?
- X'jiġri meta tittieħed deċiżjoni dwar l-appell għall-kont imblukkat tiegħi?
- (Utenti tal-UE) L-appell inqata' kontrija. X'nista' nagħmel iktar?
Liema xorta ta' mblokki tal-kont nista' nressaq appell dwarhom?
Tista' tressaq appell għall-kontijiet imblukkati mit-tim tas-sigurtà tagħna minħabba xi ksur tal-Linji Gwida tal-Komunità tagħna. Jekk tista' tappella l-imblokk tal-kont, se tkun tista' tagħmel hekk mill-paġna tad-dħul fil-kont tal-app ta' Snapchat.
Jekk Jogħġbok Żomm F'Moħħok: Il-persuna li rrappurtat u l-persuna li ġiet irrappurtata se jirċievu avviżi differenti bid-dettalji ta' dak li nkunu wettaqna u dwar kif jistgħu jressqu appell.
Kif nista' nressaq appell marbut ma' kont imblukkat?
L-appelli marbuta mal-kontijiet imblukkati jistgħu jitressqu mill-paġna tad-dħul tal-app ta' Snapchat. Biex tibda l-proċess tal-appelli tal-app, iftaħ l-app ta' Snapchat u pprova idħol fil-kont tiegħek. Biex tibda l-proċess tal-appell, fit-tieqa li titla' agħfas fuq "Appella d-Deċiżjoni".
X'jiġri meta tittieħed deċiżjoni dwar l-appell għall-kont imblukkat tiegħi?
Jekk l-appell jinqata' favur tiegħek, se nibagħtulek email fejn ngħarrfuk li l-appell inqata' favur tiegħek, li l-kont tiegħek se jerġa' jinfetaħ u li kull twissija marbuta mal-kont tiegħek se titneħħa.
Jekk l-appell jinqata' kontrik, se nibagħtulek email fejn ngħarrfuk li l-appell tiegħek inqata' kontrik u li l-kont tiegħek se jitħassar.
(Utenti tal-UE) L-appell inqata' kontrija. X'nista' nagħmel iktar?
Jekk int utent ġewwa l-UE, l-appell inqata' kontrik u tixtieq tressaq appell ieħor, tista' tagħżel xi entità għall-ilħiq tal-ftehim barra l-qrati li għandha ċ-ċertifikazzjonijiet meħtieġa minn Artiklu 21.3 tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali biex naslu għal ftehim marbut mad-deċiżjoni tagħna. Tista' wkoll tressaq tilwima skont ir-Regoli tas-Servizz tagħna.