Sir af iktar dwar l-appelli marbuta mal-kontenut.
Agħfas fuq taqsima biex tmur mill-ewwel għaliha:
- Liema xorta ta' mblokki tal-kontenut nista' nressaq appell dwarhom?
- Kif nista' nressaq appell marbut mal-kontenut li ġie rrappurtat?
- X'jiġri meta tittieħed deċiżjoni dwar l-appell tiegħi?
Liema xorta ta' mblokki tal-kontenut nista' nressaq appell dwarhom?
Tista' tressaq appell għall-kontenut kollu li ġie ppubblikat jew li xxandar f'ċerti rkejjen ta' Snapchat (pereżempju Spotlight jew Mapep) li tneħħa jew inħeba minħabba ksur tal-linji gwida tagħna.
Jekk Jogħġbok Żomm F'Moħħok: Il-persuna li rrappurtat u l-persuna li ġiet irrappurtata se jirċievu avviżi differenti bid-dettalji ta' dak li nkunu wettaqna u dwar kif jistgħu jressqu appell.
Kif nista' nressaq appell marbut mal-kontenut li ġie rrappurtat?
Meta nirċievu rapport dwar Snap minn xi rokna tal-app tagħna dwar kontenut li jista' jilħaq udjenza usa', qabel nimblukkaw il-kontenut milli jiġi suġġerit lill-utenti aħna nqisu jekk l-iSnap tkunx kisret il-Linji Gwida tal-Komunità, ir-Regoli tas-Servizz u l-Linji Gwida tal-Kontenut għall-Eliġibbiltà għat-Tixrid tagħna. Tista' tappella d-deċiżjoni minn hawn jekk il-kontenut tiegħek ġie mblukkat.
X'jiġri meta tittieħed deċiżjoni dwar l-appell tiegħi?
Jekk l-appell jinqata' favurik, se nibagħtulek email fejn ngħarrfuk li l-appell tiegħek inqata' favurik u li l-kontenut tiegħek se jkun jista' jibqa' jintwera.
Jekk l-appell jinqata' kontrik, se nibagħtulek email fejn ngħarrfuk li l-appell tiegħek inqata' kontrik u li l-kontenut tiegħek mhux se jibqa' jintwera.
Jekk l-appell inqata' kontrik u tixtieq tressaq appell ieħor, tista' tagħżel xi entità għall-ilħiq tal-ftehim barra l-qrati li għandha ċ-ċertifikazzjonijiet meħtieġa minn Artiklu 21.3 tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali biex naslu għal ftehim marbut mad-deċiżjoni tagħna. Tista' wkoll tressaq tilwima skont ir-Regoli tas-Servizz tagħna.