Agħfas fuq mistoqsija biex tmur mill-ewwel għaliha:
- X'inhu l-Att dwar is-Servizzi Diġitali Ewropew (ASD)?
- Kif nista' nuża l-jeddijiet li jagħtini l-ASD?
- Għandi mistoqsija oħra dwar l-ASD.
X'inhu l-Att dwar is-Servizzi Diġitali Ewropew (ASD)?
L-Att tas-Servizzi Diġitali Ewropew (ASD) huwa regolament ġdid tal-Unjoni Ewropea (UE) li jirregola xi servizzi tal-internet li jingħataw lill-utenti Ewropej. L-ASD għandu ħtiġijiet differenti, skont id-daqs tal-kumpanija u x-xorta tas-servizz tal-internet. L-ikbar pjattaformi (magħrufa bħala ‘pjattaformi tal-internet kbar ħafna’) għandhom iktar regolamenti li għandhom jimxu magħhom.
Snapchat hija waħda minn għadd ta' pjattaformi meqjusa bħala ‘pjattaforma tal-internet kbira ħafna’. L-ASD jitlob li s-servizzi ta' Snapchat li jżommu fuqhom il-kontenut tal-utenti jkollhom xi ħwejjeġ li r-regolament jeħtieġ minnhom. Barra minn dawn hemm xi regoli miżjuda għas-servizzi ta' Snapchat li jħallu lill-utenti jaqsmu l-kontenut tagħhom mal-pubbliku. Tista' żżur is-sit tal-Kummissjoni Ewropea hawn biex issir taf iktar.
Il-valuri li dejjem emminna fihom jaqblu mal-prinċipji tal-Att tas-Servizzi Diġitali Ewropew (ASD) u diġà qed nimxu mal-biċċa l-kbira tad-dmirijiet li jqiegħed fuqna l-ASD. Dejjem nemmnu li r-regolamenti qatt ma jieħdu post il-fatt li n-negozji għandhom jimxu sew u jieħdu r-responsabbiltà għall-prodotti, għas-servizzi u għall-pjattaformi tagħhom. Għalhekk aħna u nibnu l-pjattaformi u l-faċilitajiet tagħna dejjem qgħadna attenti li nfassluhom b'mod li jħarsu s-sigurtà u l-privatezza tal-utenti u għalhekk naħdmu qatigħ biex il-pjattaforma tagħna tkun post fejn in-nies jistgħu jiltaqgħu, jesprimu ruħhom bl-istampi u jieħdu gost flimkien b'mod sigur.
Kif nista' nuża l-jeddijiet li jagħtini l-ASD?
Biex nimxu ma' dak li jitlob minn l-ASD, nagħtu lill-utenti ġewwa l-UE għadd ta' setgħat, rapporti, għażliet biex isewwu xi nuqqasijiet u tagħrif:
- Kontenut: Hawn nagħtu t-tagħrif dwar kif nippersonalizzaw il-kontenut fuq Snapchat. Dil-paġna tfisser ukoll kif tista' tagħżel li ma nurukx suġġerimenti bil-kontenut personalizzat.
-
Riklami:
- Tfal taħt l-età: Ma nuruk riklami personalizzati lill-kontijiet tal-utenti ta' bejn it-13-il sena u s-17-il sena. Xorta nuruhom ir-riklami imma dawn imsejsa biss fuq tagħrif bażiltu bħall-għażliet tal-ilsien u l-età.
- Personalizzazzjoni: Kull riklami għandu l-għażla "għaliex qed turuni dar-riklam" li tagħtik iktar tagħrif għaliex urejniek dak ir-riklam. Hawn nagħtuk iktar tagħrif dwar kif nippersonalizzaw ir-riklami. Dil-paġna tfissirlek ukoll kif tista' tagħżel li ma nurukx riklami personalizzati.
- Biblijoteka tar-riklami: Kulħadd jista' jfittex il-biblijoteka diġitali tar-riklami li jintwerew fl-UE u kulħadd jista' jsib it-tagħrif ta' min ħallas għall-kampanji tar-riklami, stampa tal-kontenut tar-riklam, it-tul tal-kampanja, l-għadd ta' nies li rawha maqsum pajjiż tal-UE b'pajjiż u t-tagħrif dwar il-mira tal-kampanja.
- Regoli: Għandna regoli tal-komunità stretti li nistennew li kulħadd jimxi magħhom hu u juża Snapchat. Dawn ir-regoli jagħmluha ċara li ma naċċettawx kontenut jew imġibiet kontra l-liġi jew li b'xi mod ieħor jagħmlu l-ħsara. Ir-regoli tagħna għandhom regoli iktar stretti dwar x'kontenut nistgħu nissuġġerixxu lill-komunità tagħna, fosthom il-linji gwida għall-kontenut biex ikun eliġibbli għas-suġġerimenti.
- Rapporti: Kulħadd jista' juża l-proċess tar-rapporti tal-app jew l-għodda tar-rapporti bl-internet biex jirrapporta l-kontenut jew il-kontijiet fuq Snapchat li jaħseb li jiskru dal-linji gwida. Hawn infissru kif jaħdmu dal-għodda.
- Appell: Għandna proċess tal-appelli għad-deċiżjonijiet li nieħdu dwar jekk il-kontenut jew il-kontijiet hux jimxu mar-regoli tagħna. Jekk taħseb li sakkarnielek il-kont bi żball, hawn tista' ssib il-modi ta' kif tista' tressaq appell.
- Proċessi oħra għat-tiswija tan-nuqqasijiet: Jekk tixtieq terġa' tappella deċiżjoni, tista' tikkuntattja waħda mill-entitajiet għall-ilħiq tal-ftehim dwar tilwima barra mill-qorti li għandu ċ-ċertifikazzjoni meħtieġa skont Artiklu 21.3 tal-Att tas-Servizzi Diġitali biex jgħinna nilħqu ftehim dwar ilment marbut mad-deċiżjoni tagħna. Tista' wkoll tressaq ilment skont ir-Regoli tas-Servizz tagħna u, fejn ikun il-każ, tressaq l-ilment quddiem il-qrati bil-ġurisdizzjoni x-xierqa.
Ħtarna uffiċjali apposta bil-għan li jgħinuna nimxu ma' dak li jitlob minna l-ASD u biex jiżguraw li Snapchat mhix tikser l-ebda regola. Hawn tista' ssir taf iktar dwar kif nieħdu ħsieb u niżguraw li qed nimxu mal-ASD.
Għandi mistoqsija oħra dwar l-ASD.
Jekk għandek xi mistoqsija dwar l-ASD li ma weġibnihiex f'dan l-artiklu, jekk jogħġbok ibgħathielna hawn.