Hawn dak kollu li għandek tkun taf biex taqsam il-fajls fuq Snapchat għall-Brawżer.
Tipi ta' Fajls Appoġġjati:
Illum, tista' taqsam immaġini fuq Snapchat għall-Brawżer li huma fajls png, jpeg/jpg, u gif.
Dawn huma xi modi kif tista' taqsam il-fajls:
Drag and drop
Meta tkun f'taħdita, tista' tagħfas fuq il-fajl li tixtieq taqsam u tkaxkru fil-linja tat-Taħdita.
Billi tagħfas fuq l-ikona tal-istampi
Meta tkun f'taħdita, tista' tagħfas fuq l-ikona tal-istampi u mbagħad tagħżel il-fajl li tixtieq taqsam.
Billi tuża’ l-għodda ta’ kkuppjar u ppejstjar
Meta tkun f'taħdita, tista' tagħfas fuq il-linja tat-Taħdita u tippejstja il-fajl fuqha.