Għandek l-għażliet ta' kif Snap u l-imsieħba tar-riklami tagħha jużaw it-tagħrif dwarek għar-riklami, kemm fuq Snapchat kif ukoll barra minn Snapchat. Jekk toqgħod f'xi ġurisdizzjonijiet, dak li titlob minna l-liġi jista' jolqot l-għażliet tiegħek (għandek kemm għandek żmien).
F'xi każijiet, nitfu xi għażliet tar-riklami awtomatikament għall-adoloxxenti.
- Jekk għadek m'għalaqtx it-18-il sena u tgħix ġewwa ż-ŻEE u r-Renju Unit, se nitfulek ir-Riklami marbuta ma' Udjenza, ir-Riklami marbuta mal-Għemil u x-Xrieki tar-Riklami barranin, tagħżel x'tagħżel fl-app.
- Jekk għadek m'għalaqtx is-16-il sena u tgħix ġewwa Montana, Minnesota, New Hampshire jew Oregon jew għadek m'għalaqtx it-18-il sena u tgħix ġewwa Colorado, Delaware, Connecticut, Louisiana jew Maryland, se nitfulek ir-Riklami marbuta mal-Għemil, tagħżel x'tagħżel fl-app.
- Jekk għadek m'għalaqtx it-18-il sena u tgħix ġewwa Maryland, se nitfulek ukoll ir-Riklami marbuta ma' Udjenza, tagħżel x'tagħżel fl-app.
Dal-għażliet ma jieħdux post u ma jolqtux l-għażla tat-Trasparenza tal-Għassa mill-Apps ta' iOS fuq it-tagħmir tiegħek. Snapchat timxi mal-għażla tat-Trasparenza tal-Għassa mill-Apps ta' iOS tagħżel x'tagħżel fuq Snapchat.
Jekk tgħix barra dal-ġurisdizzjonijiet jew għalaqt it-18-il sena (jew is-16-il sena, skont il-każ), f'dal-ġurisdizzjonijiet, tista' ssir taf iktar dwar dal-għażliet u kif tibdilhom fi Snapchat minn hawn.
Jekk jogħġbok żomm f'moħħok: Għalkemm xorta se nuruk ir-riklami, ir-riklami jafu jkunu inqas addattati għalik. Tista' tkompli tara r-riklami skont it-tagħrif mis-servizz li qed tuża. Ngħidu aħna, fuq Snapchat xorta nistgħu nuruk ir-ritratti skont it-tagħrif li tagħtina u dak li nissopondu dwarek minn kif iġġib ruħek fuq Snapchat u s-servizzi l-oħra ta' Snapchat, bħal, ngħidu aħna, l-istejjer li tiftaħ.