Il-Mappa ta' Snap tippermettilek tara fejn jinsabu ħbiebek, issib affarijiet x'tagħmlu flimkien u tesplora d-dinja. Filwaqt li l-Mappa ta' Snaps hija personali għalik u tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-post tiegħek u l-ħbieb tiegħek, il-kontenut li jintwera lilek fuq Mappa ta' Snap mhuwiex personalizzat. Din il-paġna tagħtik aktar dettalji dwar il-loġika wara l-kontenut li tara fuq Mappa ta' Snap.
1. Moderazzjoni tal-Kontenut
Aħna napplikaw moderazzjoni umana u/jew awtomoderazzjoni biex niddeċiedu liema kontenut huwa eliġibbli biex jidher fuq Mappa ta' Snaps. L-għodod ta' awtomoderazzjoni tagħna huma mħarrġa biex jidentifikaw u jeskludu u/jew ineħħu kontenut li jikser it-termini tagħna (inklużi Regoli tal-Komunità tagħna). Il-moderaturi umani huma mħarrġa biex jagħmlu l-istess, pereżempju meta l-kontenut jiġi rrappurtat fuq il-Mappa jew eskalat għal reviżjoni umana mill-għodod tal-awtomoderazzjoni tagħna. Aħna implimentajna wkoll kontrolli tekniċi biex nillimitaw il-kontenut tal-utent minn postijiet aktar sensittivi bħal skejjel, sptarijiet u postijiet għall-adulti li jidhru fuq il-Mappa.
2. Nifhmu l-Kontenut tal-Mappa
Biex nifhmu aħjar liema kontenut nuruk, nistgħu nikkategorizzaw il-kontenut sottomess lil Mappa ta' Snap u napplikaw tags. Pereżempju, jekk xi ħadd itella’ Snap tiegħu jiekol hamburger, nistgħu nittikkettawha bħala tali sabiex tkun tista’ tidher ma’ kontenut ieħor tal-ikel jew tista’ tkun assoċjata ma’ ristorant tal-hamburgers. Simili għall-moderazzjoni tal-kontenut tagħna, kemm il-bnedmin kif ukoll/jew il-kompjuters jassistu f'dan il-proċess.
3. Klassifikazzjoni tal-Kontenut fuq il-Mapep
Aħna nużaw algoritmi biex nikklassifikaw liema kontenut nuruk fuq Mappa ta' Snap. Fattur importanti wieħed fid-deċiżjoni dwar liema kontenut nuruk huwa 'reċenza'. Dan ifisser li meta tara Stories tal-Belt jew postijiet popolari, x'aktarx ħa tara Stories li ġew ippubblikati reċentement. Aħna niddeterminaw ukoll l-ordni tas-Stories tal-Belt u l-postijiet popolari billi nużaw informazzjoni dwar kemm jirċievu interazzjonijiet (eż. numru ta' favoriti, numru ta' abbonamenti għall-ħallieq, kemm dehru Stories, eċċ.). Stories Pubbliċi li huma popolari ma' Snapchatters x'aktarx jidhru fil-Playlist Story tal-Belt. B'kuntrast, jekk tiċċekkja l-avvenimenti fuq il-Mappa, il-kontenut jintwera f'ordni kronoloġika, jiġifieri se tara l-aktar kontenut reċenti l-aħħar.
Minbarra Stories dwar avvenimenti jew postijiet popolari, nuru wkoll kontenut li huwa speċifiku għal post partikolari, bħal dak ir-ristorant tal-hamburgers u nsejħulhom Stories tal-Post. Il-klassifika għal dawn is-Stories hija xi ftit differenti u l-kontenut li jidher l-ewwel jiddependi fuq kemm nies żiedu dan il-kontenut mal-Favoriti jew jekk huwiex powst ta' ħabib/a jew ħallieq li ssegwi, segwit mill-kategorija tal-kontenut (eż. jekk jurix ikel) u fl-aħħar il-metadejta sabiex inkunu nistgħu nipprijoritizzaw il-wiri tal-vidjows mili l-istampi.
Fl-aħħar nett, se nenfasizzaw postijiet li żaru ħbiebek dan l-aħħar billi nuruk is-Snaps tagħhom li ġew itteggjati b'Postijiet, flimkien mal-Bitmoji tal-ħabib/a tiegħek.