Find Friends hija l-għodda tagħna għat-tiftix ta' ħbieb li tgħin lil dawk li jużaw Snapchat iżidu l-ħbieb tagħhom fuq Snapchat permezz tal-użu ta' fatturi bħall-età, il-post, ħbieb eżistenti, segwaċi eżistenti, reputazzjoni u mġiba fuq Snapchat.
L-għan tal-karatteristika huwa: li tgħinek issib il-ħbieb u l-familja tiegħek fil-ħajja reali, jew oħrajn li forsi taf min-netwerk tiegħek! Il-valur ewlieni ta' Snapchat huwa dwar it-tisħiħ tal-konnessjonijiet mal-ħbieb u l-familja tiegħek billi joffri mod divertenti biex tikkomunika viżwalment, fil-mument, u tgħin lin-nies jibqgħu konnessi anke jekk ikunu fiżikament 'il bogħod minn xulxin.
Il-karatteristika tkompli tkun iddisinjata biex tenfasizza konnessjonijiet mill-qrib u fdati filwaqt li tipprijoritizza s-sigurtà tal-utent, speċjalment għall-utenti iżgħar tagħna. Pereżempju, l-adolexxenti jistgħu jidhru fis-suġġerimenti ta’ Sib Ħbieb ta’ utent ieħor f’każijiet limitati, bħal jekk ikollhom bosta ħbieb komuni jew ikunu fil-ktieb tal-kuntatti ta’ wieħed jew l-ieħor li diġà jkun ġie mtella’ fuq Snapchat, u l-utenti kollha jistgħu jitfu milli jidhru f’Sib Ħbieb fis-Settings.
Hawnhekk tfakkira ta' xi wħud mill-protezzjonijiet l-oħra li għandna fis-seħħ biex ngħinu nipproteġu l-privatezza u s-sigurtà għal Snapchatters:
- Il-Kontijiet huma Privati B'Mod Default. Il-kontijiet kollha ta' Snapchat huma privati awtomatikament. Dan ifisser li l-listi tal-ħbieb huma privati u viżibbli biss għas-sid tal-kont.
- Listi ta' Ħbieb Privati. Fuq Snapchat, il-listi tal-ħbieb huma privati għall-utenti kollha, dan ifisser li l-utent biss jista' jara l-lista tal-ħbieb tiegħu, u ma nuru l-ħbieb tiegħu lil ħaddieħor.
- Ikkomunika biss mal-ħbieb. L-utenti jistgħu jikkomunikaw biss ma' ħbieb aċċettati b'mod reċiproku, jew ma' dawk li n-numri tagħhom diġà salvaw fil-kuntatti tagħhom.
- Itfi l-għażla li tidher f'Sib Ħbieb. Dawk li jużaw Snapchat dejjem għandhom l-għażla li jitfu l-abbiltà li jidhru f’Sib Ħbieb.
- Profili Pubbliċi. Mitfi awtomatikament, disponibbli biss għal utenti ta' 16-il sena jew aktar. L-adolexxenti taħt is-16-il sena m'għandhomx il-ħila li joħolqu Profil Pubbliku fuq Snapchat. Xi adoloxxenti akbar fl-età (ta’ bejn is-16 u s-17-il sena) għandhom aċċess opt-in għall-Profili Pubbliċi, esperjenza introduttorja b’miżuri u protezzjonijiet addizzjonali ta’ sigurtà.
- Imblukkar, Ħabi u Rappurtar. Jekk utent ma jridx jerġa' jisma' mingħand Snapchatter ieħor, noffru għodod fl-app biex jirrapporta, jimblokka, jew jaħbi Snapchatters oħra.
- Twissijiet fiċ-Chat. Jekk żagħżugħ jibgħat messaġġ lil jew jirċievi messaġġ mingħand xi ħadd li ma jaqsamx ħbieb komuni miegħu jew li m'għandux fil-kuntatti tiegħu, jew xi ħadd li ġie mblukkat jew irrappurtat minn oħrajn, se jara twissija fl-app. Il-messaġġ iwissi lill-adolexxenti biex jikkunsidraw bir-reqqa jekk iridux jippermettu kuntatt u jservi biex ifakkarhom biex jikkonnettjaw biss ma’ nies li jafdaw.
Protezzjonijiet Addizzjonali Kontra Ħbiberiji u Kuntatt Mhux Mixtieqa għall-Adoloxxenti. Irridu li l-adolexxenti jkunu jistgħu jsibu u jikkomunikaw mal-ħbieb reali tagħhom fuq Snapchat, u nagħmluha speċjalment diffiċli għall-barranin biex isibu adolexxenti fuq Snapchat. Nagħmlu dan billi nimblokkaw lill-adolexxenti milli jidhru fir-riżultati tat-tfittxija sakemm ma jkollniex indikazzjonijiet ta’ konnessjoni eżistenti mal-utent l-ieħor, bħal li jkollna diversi konnessjonijiet reċiproċi komuni jew li nkunu kuntatti telefoniċi eżistenti ma’ xulxin. Aħna wkoll indewmu u ninvestigaw talbiet għal ħbieb mibgħuta lil (jew mingħand) adolexxenti li jinvolvu lil xi ħadd li m'għandhomx ħbieb komuni miegħu, u li għandu storja ta' aċċess għal Snapchat f'postijiet li spiss ikunu assoċjati ma' attività ta' scamming. Dawn huma eżempji ta’ modi li nesploraw kontinwament biex nagħmluha aktar diffiċli għall-adolexxenti biex jikkonnettjaw ma’ Snapchatters barra n-netwerk ta’ ħbieb tagħhom fid-dinja reali.
Mur hawn għal aktar pariri dwar il-privatezza u s-sigurtà tal-adolexxenti, u għal aktar dettalji u pariri dwar kif tagħmel ħbieb ara: Kif iżżid Ħbieb fuq Snapchat.