Jekk għadek m'għalaqtx it-13-il sena (jew l-inqas età meħtieġa fil-ġurisdizzjoni tiegħek), sakkarnielek il-kont għax m'għandekx l-inqas età meħtieġa mir-Regoli tas-Servizz tagħna. Jekk diġà għandek kont ta' Snapchat, inħeġġuk Tniżżel id-Dejta Tiegħek mill-iktar fis. Wara li nsakkrulek il-kont, ftit taż-żmien wara se nħassruhulek għalkollox. Malli tagħlaq it-13-il sena (jew l-inqas età meħtieġa fil-ġurisdizzjoni tiegħek), tista' toħloq kont ġdid.
Jekk temmen li sakkarnielek il-kont bi żball jew jekk għalaqt it-13-il sena (jew l-età meħtieġa fil-ġurisdizzjoni tiegħek), tista' tivverifika l-età tiegħek biex tkompli tuża Snapchat. Agħfas fuq 'Ivverifika l-Età Tiegħek' u imxi mal-istruzzjonijiet fl-app ta' Snapchat.
Metodi tal-Verifika tal-Età li Tista' Tuża
Dokument tal-identità b'ritratt: k-ID, l-operatur tas-servizz imsieħeb magħna, se jiskennja u jivverifika l-karta tal-identità tiegħek maħruġa mill-gvern biex jikkonferma l-età tiegħek. Mhu se nużaw id-dokumenti li tibgħat għal xejn iktar ħlief biex nivverifikaw l-età tiegħek.
Ivverifika bl-Għajnuna ta' Ġenitur: Se tkun tista' tibgħat ħolqa lill-ġenitur tiegħek biex jikkonfermalek l-età. Jekk tagħżel dil-għażla, k-ID, l-operatur tas-servizz imsieħeb magħna, se jibgħat xi tagħrif lill-ġenitur tiegħek biex jivverifika l-età tiegħu u mbagħad jikkonfermalna d-data tat-twelid tiegħek. Id-dettalji tal-kuntatt u t-tagħrif l-ieħor li tagħtuna għal dal-metodu se jintużaw biss biex nivverifikaw l-età tiegħek.
Teħtieġ l-għajnuna?
Ikkuntattja lil k-ID għall-għajnuna jekk mhux jirnexxielek tivverifika l-età tiegħek jew ma taqbilx mar-riżultat. Kellimna jekk temmen li sakkarnielek il-kont bi żball jew mhux jirnexxielek tiftaħ il-kont bil-metodi msemmija hawn fuq.