Jeħtieġlek tivverifika l-età tiegħek biex tkompli tuża Snapchat jekk meta tiftaħ l-app ta' Snapchat nuruk il-buttuna ‘Ivverifika l-Età Tiegħek’. Agħfas fuq ‘Ivverifika l-Età Tiegħek’ u imxi mal-istruzzjonijiet li ssib fl-app.
Jekk jogħġbok żomm f'moħħok li skont il-ġurisdizzjoni ta' fejn tinsab u/jew id-disponibbiltà tas-servizz, jaf ikollok metodi tal-verifika tal-età differenti fl-app. Fost il-metodi tal-verifika tal-età mogħtija minn k-ID, l-operatur tas-servizz imsieħeb magħna, hemm:
- Dokument tal-identità b'ritratt: Tista' tiskennja d-dokument tal-identità b'ritratt maħruġ mill-gvern u k-ID se tivverifika d-dokument tal-identità u l-età tiegħek. L-iskenn tad-dokument tal-identità se tintuża biss biex nivverifikaw l-età tiegħek u se nħassruha malli ntemmu l-proċess. Jekk jogħġbok żomm f'moħħok li ma nistgħux nilqgħu ċ-ċertifikati tat-twelid.
- Skenn tal-wiċċ: Tista' tieħu stessu u k-ID se tobsorlok firxa ta' età. Se nipproċessaw id-dejta tal-iskenn tal-wiċċ fuq it-tagħmir tiegħek biss u did-dejta qatt mhi se tħalli t-tagħmir tiegħek.
- Ivverifika bl-Għajnuna ta' Ġenitur: Se tkun tista' tibgħat ħolqa lill-ġenitur tiegħek biex jivverifikalek l-età. Jekk tagħżel dil-għażla, k-ID se jibgħat xi tagħrif lill-ġenitur tiegħek biex jivverifika l-età tiegħu u mbagħad jikkonfermalna d-data tat-twelid tiegħek. Id-dettalji tal-kuntatt u t-tagħrif l-ieħor li tagħtuna għal dal-metodu se jintużaw biss biex nivverifikaw l-età tiegħek.
- ConnectID: Tista' tivverifika l-età tiegħek billi tħallina naqbdu mal-kont tal-bank Awstraljan tiegħek. Żomm f'moħħok li dil-għażla ma taħdimx għall-banek kollha.
Skont l-għażla li tagħżel, nafu nitolbuk tagħti dil-informazzjoni personali li ġejja għall-proċess tal-verifika tal-età ma' k-ID:
- dokument tal-identità maħruġ mill-gvern (ngħidu aħna, passaport, liċenzja tas-sewqan jew xi dokument tal-identità ieħor maħruġ mill-istat)
- stessu li juri wiċċek
- rabta tal-kont li diġà għandek ma' xi istituzzjoni finanzjarja kompatibbli mal-proċess tagħna