Tista' tibgħat kontro-notifika jekk neħħejnielek il-kontenut minħabba rapport tal-jeddijiet tal-awtur u taħseb li huwa żball jew għarafna l-kontenut ħażin. Din talba legali lil Snap biex terġa' ttella' l-kontenut li neħħietlek minħabba rapport tal-jeddijiet tal-awtur.
Kif nista' nibgħat kontro-notifika?
Tibgħatx kontro-notifika jekk il-kontenut ma tneħħiex minħabba żball jew għarfien ħażin. Fosthom hemm l-eċċezzjonijiet marbuta mal-jeddijiet tal-awtur bħall-każijiet tal-użu ġust jew negozju ġust.
Tibgħatx tagħrif falz. Jekk tuża l-proċessi tagħna ħażin, bħal li tibgħat dokumenti qarrieqa, nafu nagħlqulek il-kont u jkollok konsegwenzi legali oħra.
Min jista' jibgħat kontro-notifika?
Il-kontro-notifiki għandhom jintbagħtu minn min ikun tella' l-kontenut imneħħi. Min tella' l-kontenut imneħħi għandu jaqbel li jaqsam it-tagħrif tal-kontro-notifika ma' min ikun bagħat in-notifika.
Kif nibgħat kontro-notifika?
Jekk tixtieq tibgħat kontro-notifika, jekk jogħġbok ibgħatha minn hawn.
X'jiġiri wara li nibgħat kontro-notifika?
Wara li tibgħat kontro-notifika, jekk għandha dak kollu li teħtieġ, ngħadduha lil min ressaq in-notifika. Nafu niċħdu l-kontro-notifiki li m'għandhomx dak kollu li meħtieġ minnhom.
Jekk min ressaq in-notifika ma jgħarrafniex fi żmien 14-il jum tax-xogħol li fetaħlek kawża, Snap se terġa' ttella' l-kontenut lura jew tħallik terġa' ttella' l-kontenut li neħħietlek jew ħbietlek u se tneħħi t-twiddiba marbuta mal-ksur tal-jeddijiet tal-awtur mill-kont tiegħek.