X'inhuma n-Notifikazzjonijiet tal-Wasla?
In-Notifiki tal-Wasla jippermettulek tgħarraf awtomatikament lill-ħbieb tal-qalb meta tasal f'postijiet li tagħżel—bħad-dar, l-iskola, jew lukanda.Meta tasal f'post li waqqaft notifiki għalih, ħabib(a) tiegħek jirċievi notifika push u notifika / avviż fiċ Chat.Meta tagħfas in-notifika tinfetaħ iċ Chat tagħkom flimkien.
Kif nista' nżid post biex nibda nibgħat Notifiki tal-Wasla meta nasal hemm?
Mill-Profil tal-Ħabib:
- Tektek fuq il-profil ta' ħabib
- Skrollja sat-taqsima Mappa tas-Snaps
- Taħt 'Notifiki tal-Wasla', tap 'Żid'
- Mexxi l-mappa biex tissettja l-post, imbagħad tap 'Issettja l-Lokazzjoni'
Miċ Chat:
- Iftaħ Chat mal- ħabib(a) tiegħek
- Tektek l-ikona tal-Mappa fiċ- chat biex tiftaħ it-trej tal-lokazzjoni
- Taħt 'Notifiki tal-Wasla', tap 'Żid'
- Mexxi l-mappa biex tissettja l-post, imbagħad tap 'Issettja l-Lokazzjoni'
In-notifiki tal-wasla se jkunu 'mitfija' awtomatikament anke wara li żżid post mill-Profil tal-Ħabib jew Chat (it-toggle se jidher griż). Biex tixgħel:
- Taħt 'Notifiki tal-Wasla,' tap it-toggle biex tixgħel post.
- Agħżel ‘Darba’ jew ‘Kull darba’
- Is-settings tan-notifika ta’ ‘darba waħda’ jiskadu wara 24 siegħa. Is-settings tan-notifika ta’ ‘Kull darba’ jibqgħu mixgħula sakemm titfihom.
- It-toggle jidher iswed meta jkun 'mixgħul'
Jekk trid, tista' tagħżel isem muri u emoji għall-post li trid iżżid.
Jekk waqqaft post tad-dar, kull ma trid tagħmel hu li tagħfas fuq "Dar tiegħi". M'hemmx bżonn li żżid l-indirizz tad-dar tiegħek mal-lista tal-wasliet tiegħek manwalment.
Jekk jogħġbok innota
- Biex tippermetti n-Notifiki tal-Wasla, trid tissettja s-settings tal-lokazzjoni tat-tagħmir tiegħek għal "Dejjem". Dan ifisser li tkun viżibbli fuq il-Mappa għal ħbieb li jistgħu jaraw il-post tiegħek sakemm ma tkunx fil- Modalità Fantażma. Jekk jogħġbok ftakar li tiċċekkja s-settings tal-kondiviżjoni tal-lokazzjoni fl-app tiegħek ta' spiss. Biex titgħallem aktar dwar kif tibdel ma' min qed taqsam il-lokazzjoni tiegħek, mur hawn.
- Jekk tieqaf taqsam il-lokazzjoni tiegħek ma' ħabib(a) (inkluż billi tuża Modalità Fantażma), awtomatikament tieqaf tibgħatlu Notifiki tal-Wasla.
- ħabib(a) tiegħek jista' wkoll jagħżel li jieqaf jirċievi n-Notifiki tal-Wasla tiegħek. Ara hawn taħt għal aktar tagħrif.
Kif nista' nneħħi post milli jibgħat Notifiki tal-Wasla meta nasal hemm?
Biex tneħħi post mil-lista tiegħek, agħfas u żomm fuq il-Post u ħassarha. Dan ineħħi t-twissijiet għal dak il-post għal kulħadd.
Għal kemm-il postijiet nista' nibgħat Notifiki tal-Wasla?
Tista' issejvja sa għaxar postijiet. Il-lista ssejvjata tiegħek hija l-istess għall-ħbieb kollha. Tista' tiddeċiedi min jiġi nnotifikat dwar il-wasliet tiegħek.
Kif nista' nieqaf nirċievi Notifiki tal-Wasla mingħand ħabib(a) tiegħi?
- Iftaħ Chat mal- ħabib(a) tiegħek
- Agħfas fuq it-test blu b'link fiċ Chat tiegħek li jidentifika l-post
- Tektek it-tliet tikek għal menu u agħżel 'Ieqaf tirċievi notifika'