X'limitazzjonijiet hemm marbuta ma' Snapchat ġewwa Texas?
Minħabba żviluppi riċenti fil-liġi ta' Texas, jekk għandek inqas minn 18-il sena, jista' jkollok bżonn kunsens ta' ġenitur jew gwardjan biex tuża Snapchat.
Għalkemm l-impatt ta' dawn il-bidliet jistgħu ikunu diżappuntanti f'sitwazzjonijiet bħal dawn, il-bidliet huma riżultat ta' żviluppi legali u regulatorji li sfortunatament jistgħu jħallu impatt fuq l-esperjenza tiegħek. Għal iżjed informazzjoni dwar il-liġijiet li qed jikkawżaw dan il-bdil, jekk jogħġbok ara hawn.
Għandi bejn it-13-il sena u t-18-il sena. Kif jistgħu l-ġenitur jew il-gwardjan tiegħi jivverifikaw il-kunsens tagħhom?
Jista' jkollok bżonn taqsam l-età tiegħek mal-App Store fuq iOS jew mal-Play Store fuq Android. Aħna nivverifikaw l-età tiegħek billi nużaw informazzjoni maqsuma minn Apple jew Google.
Aqra hawn taħt għal iktar tagħrif skont is-sistema li tuża.
iOS:
- Jaf jitla' messaġġ dwar l-eliġibbiltà tiegħek biex tuża Snapchat wara li tivverifika n-numru tal-mowbajl jew l-indirizz tal-email tiegħek waqt ir-reġistrazzjoni
- Biex tkompli, agħfas fuq 'Aqsam il-Firxa tal-Età'
- Il-ġenitur jew il-gwardjan tiegħek jeħtieġ li jgħinuk tħejji Firxa tal-Età għall-Apps jekk qatt ma użajt dil-faċilità qabel
Android:
- Jaf jitla' messaġġ dwar l-eliġibbiltà tiegħek biex tuża Snapchat wara li tivverifika n-numru tal-mowbajl jew l-indirizz tal-email tiegħek waqt ir-reġistrazzjoni
- Il-ġenitur jew il-gwardjan tiegħek jeħtieġlu jħejji s-superviżjoni biex tkun tista' taġġorna l-kont ta' Google tiegħek biex tissodisfa r-rekwiżiti marbuta mal-età
Kif nista' nivverifika l-età tiegħi jekk għalaqt it-18-il sena?
Jista' jkollok bżonn taqsam l-età tiegħek mal-App Store fuq iOS jew mal-Play Store fuq Android. Aħna nivverifikaw l-età tiegħek billi nużaw informazzjoni maqsuma minn Apple jew Google.
Aqra hawn taħt għal iktar tagħrif skont is-sistema li tuża.
iOS:
- Jaf jitla' messaġġ dwar l-eliġibbiltà tiegħek biex tuża Snapchat wara li tivverifika n-numru tal-mowbajl jew l-indirizz tal-email tiegħek waqt ir-reġistrazzjoni
- Biex tkompli, agħfas fuq 'Aqsam il-Firxa tal-Età'
- Jeħtieġlek tħejji Firxa tal-Età għall-Apps jekk qatt ma użajt dil-faċilità qabel
Android:
- Jaf jitla' messaġġ dwar l-eliġibbiltà tiegħek biex tuża Snapchat wara li tivverifika n-numru tal-mowbajl jew l-indirizz tal-email tiegħek waqt ir-reġistrazzjoni
- Jeħtieġlek tivverifika b'Google li għandek l-età meħtieġa biex tieħu ħsieb il-kont tiegħek
Teħtieġ l-għajnuna?
Jekk jogħġbok ara hawn taħt jekk teħtieġ iktar għajnuna:
- Jekk teħtieġ l-għajnuna b'Firxa tal-Età għall-Apps ta' Apple, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tim tal-Għajnuna ta' Apple.
- Jekk teħtieġ l-għajnuna biex tħejji s-superviżjoni jew biex tivverifika l-età tiegħek b'Google, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tim tal-Għajnuna ta' Google Play.
- Jekk qed ikollok problemi biex tirreġistra għal Snapchat u ma rnexxilekx tikseb aċċess permezz tal-metodi dettaljati f'dan l-artiklu, jekk jogħġbok ipprova ssolvi l-problemi permezz ta' Snapchat Support Bot.