X'inhi Firxa tal-Età għall-Apps?
Fuq it-tagħmir Apple bis-sistema iOS 26 jew iġded, Firxa tal-Età għall-Apps taqsam il-firxa tal-età tiegħek mal-apps biex jagħtuk dejjem esperjenza addattata għall-età tiegħek. Jekk għalaqt it-13-il sena, tista' tħejji dil-faċilità int stess. Jekk tagħmel parti minn grupp "Aqsam mal-Familja", huwa ġenitur jew tutur li jeħtieġlu jieħu ħsieb il-firxa tal-età tiegħek u l-għażliet marbuta magħha mill-għażliet ta' "Aqsam mal-Familja".
Kif se tuża Firxa tal-Età għall-Apps Snapchat?
Meta tinkiteb ma' Snapchat, tidħol fil-kont tiegħek jew tiftaħ l-app, jaf jitla' messaġġ fejn nitolbuk taqsam il-firxa tal-età tiegħek. Apple taqsam biss il-firxa tal-età; qatt mhi se taqsam id-data tat-twelid eżatta tiegħek.
Jekk il-firxa tal-età tiegħek hija mill-inqas l-età li neħtieġu biex tuża Snapchat, tista' tkompli tuża Snapchat bħas-soltu.
Jekk il-firxa tal-età tiegħek hija inqas mill-inqas età li neħtieġu fil-post fejn tinsab, mhux se tkun tista' tuża Snapchat.
Jekk ma taqsamx l-età tiegħek magħna u l-liġi tkun teħtieġek tagħmel hekk, taf titla' għażla biex tivverifika l-età tiegħek ma' k-ID, l-operatur tas-servizz imsieħeb magħna. Jekk jogħġbok aqra dal-artiklu għal iktar tagħrif dwar il-verifika tal-identità b'k-ID.
Kif nista' naqsam il-firxa tal-età tiegħi ma' Snapchat jew noħloq firxiet tal-età għal uliedi?
Jekk jogħġbok aqra dal-artikli tal-għajnuna mingħand Apple għal iktar tagħrif dwar kif taqsam il-firxa tal-età tiegħek fuq iOS:
Jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tim tal-Għajnuna ta' Apple jekk teħtieġ iktar għajnuna b'Firxa tal-Età għall-Apps ta' Apple.
Jekk jogħġbok aqra dal-artiklu għal iktar tagħrif dwar kif tikseb l-għajnuna fuq kif tuża Snapchat.