X'inhuma t-tikketti tal-profil li nista' nuża fuq Snapchat?
Xi profili ta' Snapchat jistgħu jkunu mmarkati b'tikketta speċjali. Dat-tikketti jgħinuk tifhem iktar ma' min qed tikkomunika u kif dak il-kont juża Snapchat. Dawn it-tikketti maħsubin għal dawn li ġejjin:
- Il-Profili Snap Star (nies u ħallieqa magħrufa li għaddew mill-proċess tal-verifika ta' Snap) u
- L-Abbonati ma' Snapchat+ (abbonament b'faċilitajiet premium uniċi, ġodda u li se jitniedu dalwaqt)
Dat-tikketti tfasslu biex inżidu t-trasparenza u ngħinu nnaqqsu r-riskju ta' xi ħadd jagħmilha tabirruħu ħaddieħor, tal-qerq jew tat-tagħrif qarrieqi. It-tagħrif tat-tikketti jintwera direttament fuq il-Profil tal-utent.
X'inhuma l-Profili Snap Star?
Snap Star huwa bniedem, ħallieq jew personaġġ magħruf li għadda mill-proċess tal-verifika ta' Snap u li għandu l-istandards tal-kwalità, tal-ġenwinità u tas-sigurtà tagħna.
Meta nista' nintwera tikketta ta' Snap Star?
It-tikketta Snap Star tgħinek tifhem li:
- Il-kont huwa ta' bniedem ta' vera jew tim awtorizzat u li
- Snap ikkonfermat l-identità u l-profil mill-aħjar li setgħet.
Dil-ħaġa tgħinna nnaqsu l-każijiet ta' xi ħadd li qed jagħmilha tabirruħ ħaddieħor u nagħmluhielek eħfef li ssib il-vera nies magħrufa.
X'tagħmel Snapchat biex tivverifika l-iSnap Stars?
Snap tiċċekkja kull applikazzjoni ta' Snap Star biex tikkonferma li:
- Dal-bniedem huwa vera bniedem jew ħallieq magħruf;
- L-identità tiegħu taqbel mal-kont; u
- Il-kont għandu l-istandards tas-sigurtà u l-ġenwinità li nistennew.
Snapchat għandha wkoll ħarsien fis-seħħ biex jgħinha tiżgura li l-profili Snap Star ma jkunux jistgħu jintużaw jew jinbidlu minn ħaddieħor.
Kif jingħataw jew jitneħħew it-tikketti?
Snap ma tagħtix it-tikketta qabel tkun iċċekkjat il-kont u kkonfermat li għandu dak kollu meħtieġ mill-Programm Snap Star:
Tikketta tista' titneħħa jekk:
- Il-kont ma jibqax ikollu dak li jitlob il-programm;
- Ir-rwol jew is-sehem tal-ħallieq jinbidel;
- Snap ma tkunx tista' tikkonferma s-sjieda tal-kont;
- Il-ħallieq jitlobna nneħħu t-tikketta; jew
- Il-kont imur kontra l-politiki ta' Snap.
L-iSnap Stars jistgħu jitolbu t-tneħħija tat-tikketta mit-taqsima tal-Għajuna tal-app jew billi jżuru ċ-Ċentru tal-Għajnuna.
Kif naħdmu mal-kontjijiet Snap Star fuq Snapchat?
Snapchat għandha r-Regoli tal-Komunità li huma l-istess għal kulħadd. Biss, biex iżżomm lill-utenti siguri, Snap tirrevedi iktar dawk il-profili li jilħqu iktar nies jew li magħrufin minn iktar nies.
Għall-profili li għandhom tikketta:
- Nistgħu niċċekkjaw il-kontenut iktar bir-reqqa qabel nuruh fi mkejjen bħal Spotlight jew Stejjer;
- Jekk xi ħadd jipprova jidħol fil-kont mingħajr permess, jaf ikun hemm proċessi tas-sigurtà iktar bir-reqqa; u
- Snap tista' tqis għadd ta' ħjiel ieħor biex tħares minn imġibiet suspettużi jew fejn xi ħadd qed jagħmilha tabirruħu ħaddieħor.
Dal-ħarsien jgħinna nżommu l-profili siguri u jgħinna niżguraw li t-tikketti jkunu preċiżi u ta' min joqgħod fuqhom.
X'inhuma l-profili ta' Snapchat+?
Tikketta ta' Snapchat+ turi li sid il-kont għażel li jinkiteb għall-abbonament bil-ħlas ta' Snap.
Għaliex naf nintewera tikketta ta' Snapchat+?
It-tikketta Snapchat+ jew Snapchat Platinum tgħinek tifhem li:
- Sid il-kont għażel li jinkiteb ma' Snapchat+ jew Snapchat Platinum, servizzi li jagħtuk iktar faċilitajiet li mhux obbligatorji; u
- Sid il-kont għażel li juri t-tikketta bħala abbonat jew qed juża xi faċilitajiet għall-abbonati biss.
Bħala regola standard, it-tikketti tal-abbonamenti moħbija u jintwerew biss jekk abbonat jagħżel li jurihom jew juża xi faċilitajiet li juru li abbonat.
Dat-tikketti ma jfissrux li l-identità ta' sid il-kont verifikata, li l-kont ġenwin jew li Snap tapprova l-kontenut tal-kont u mhux maħsuba biex tagħraf min hu bniedem magħruf jew biex inaqqsu r-riskju li xi ħadd qed jagħmilha tabirruħ ħaddieħor.
Fejn nista' nsib it-tagħrif dwar it-tikketta?
Tista' ssib iktar tagħrif dwar tikketta:
- Fuq il-Profil tal-utent, biex tifhem għaliex hemm it-tikketta u xi tfisser; u
- Fuq il-Paġna taċ-Ċentru tal-Għajnuna tal-Faċilitajiet tal-Profili Pubbliċi u tal-Ħallieqa, fejn tista' ssib iktar tagħrif dwar it-tikketti Tikketti Snap Star.
- Fuq il-Paġna taċ-Ċentru tal-Għajnuna ta' Snapchat+, biex tifhem iktar dwar il-faċilitajiet ta' Snapchat+.
Ktibna dat-tagħrif biex ikun kemm jista' jkun ċar u jinftiehem mill-utenti ta' kull età. Dat-tagħrif maħsub biex jaħdem mal-qarrejja tal-iskrin, man-navigazzjoni bit-tastiera u mal-għodda tal-aċċessibbiltà l-oħra.