Kif nirrapporta kont minorenni fuq Snapchat?
L-età minima biex ikollok kont ta' Snapchat hija 13-il sena, b'xi varjazzjonijiet reġjonali.
Jekk taħseb li l-kont ta' Snapchat huwa ta' xi ħadd taħt l-età, (ngħidu aħna taħt it-13), irrapporta l-utent minorenni hawn: Irrapporta kont minorenni.
X'jiġri wara li nirrapporta kont?
It-tim tagħna se jirrevedi r-rapport u jista' jieħu azzjoni jekk il-kont jivvjola l-politiki tagħna. Jekk se jkollna bżonn iżjed informazzjoni biex ninvestigaw, nistgħu nibagħtulek lura biex insaqsuk għal iżjed dettalji.
Jekk Jogħġbok Żomm f'Moħħok: Għal-raġunijiet ta' privatezza u sigurtà tal-kont, ma nistgħux dejjem naqsmu miegħek ir-riżultat tar-rapport.