Iva, ngħarblu l-kontenut li nirriklamaw mal-pubbliku ġenerali fuq il-paġna Stejjer sakemm ma jkunx kontenut editorjali maħluq mill-kumpaniji tal-midja bħall-Istejjer tal-Pubblikaturi jew is-Sensiliet.
Issa tista' ssib id-deċiżjonijiet tal-għarbiel għall-Istejjer Pubbliċi, Spotlights, l-Istejjer Merfugħa u l-iSpotlights Merfugħa kemm fl-app ta' Snapchat kif ukoll fl-Istudio tal-Istejjer.
Kull utent tal-għaqda tiegħek li għandu s-setgħat ta' Amministratur tal-Għaqda, Amministratur tal-Profil jew Editur jista' jaqra u jieħu ħsieb it-tagħrif dwar l-għarbiel mill-app ta' Snapchat jew mill-Istudio tal-Istejjer.
X'jiġifieri l-istat "mibgħuta"?
Stejjer:
Meta tibgħat snap lil storja pubblika, ħafna drabi s-segwaċi tiegħek ikunu jistgħu jiftħuha minnufih. Biss, biex dawk li ma jsegwukx ikunu jistgħu jsibuha minn Sejjieba, l-ewwel jeħtiġilna ngħarbluha. Ngħarblu l-kontenut pubbliku kollu b'taħlita ta' għarbiel bil-magni u mill-bnedmin. Xi kultant nafu ndumu ftit iktar biex ngħarblu l-kontenut li ttella' u xi kultant nafu ngħarbluh malajr ħafna. Aqra n-notifikazzjonijiet l-oħra li nibagħtulek biex tifhem jekk l-isnaps tiegħek jistgħux jinstabu minn kulħadd jew jekk humiex limitati biss għal grupp ta' nies.
Spotlight:
Meta ttella' snap fuq Spotlight, qabel tkun tista' tixxandar jeħtiġilna ngħarbluha. Ngħarblu l-kontenut pubbliku kollu b'taħlita ta' għarbiel bil-magni u mill-bnedmin. Xi kultant nafu ndumu ftit iktar biex ngħarblu l-kontenut li ttella' u xi kultant nafu ngħarbluh malajr ħafna. Aqra n-notifikazzjonijiet l-oħra li nibagħtulek biex tifhem jekk l-isnaps tiegħek jistgħux jinstabu minn kulħadd jew jekk humiex limitati biss għal grupp ta' nies.
X'jiġifieri meta l-istat ikun "tixrid limitat"?
Tixrid limitat ifisser li t-tixrid tal-kontenut tiegħek ma' dawk kollha li ma jsegwuwkx jew xi wħud minnhom huwa limitat għax l-iSnap tiegħek ma timxix mal-linji gwida tagħna. Mhux se nxerrdu l-kontenut tiegħek fuq Sejjieba u Spotlight ma' dawk li ma jsegwuwkx jekk ma jkunx skont il-linji gwida tagħna.
Għaliex qed turuni dat-tagħrif?
Aħna nemmnu li t-tagħlim u l-għarfien huma l-aħjar ħaġa għall-ħallieqa, l-iktar meta xi wħud mill-politiki (hawn) jistgħu jolqtu t-tixrid u r-reazzjonijiet tal-pubbliku. Nixtiequ nagħtu kemm jista' jkun tagħrif lill-ħallieqa tagħna biex ikunu jistgħu jifhmu x'xorta ta' kontenut jgħinhom jiksbu l-ikbar għadd ta' reazzjonijiet u għaliex jafu jinbidlu r-reazzjonijiet.
Dax-xorta ta' għarbiel tal-kontenut tiegħi huwa politika ġdida / proċess ġdid?
Ilna ħafna snin ngħarblu l-kontenut f'Sejjieba u Spotlight. Dal-politiki u l-proċessi mhuma xejn ġdid. Li nbidel huwa li issa qed ngħarrfu lill-ħallieqa fl-app dwar l-għarbiel li nwettqu.
X'jiġifieri dil-ħaġa għar-reazzjonijiet li nikseb u għall-kont tiegħi?
Jekk l-iSnap tiegħek għandha t-tagħrif "tixrid limitat", dan ifisser li mhux se tintwera lill-iSnapchatters (jew lil xi wħud minnhom) f'Sejjieba u/jew Spotlight jekk mhumiex segwaċi tiegħek. Għall-iSnaps b'tixrid limitat, se ssib li kien hemm inqas reazzjonijiet ġejjin minn dawk li mhumiex segwaċi. Importanti żżomm f'moħħok li dejjem għarbilna l-kontenut u għalhekk it-tixrid limitat għall-iSnaps li ma jimxux mal-linji gwida tagħna mhuwiex proċess ġdid.
Ma naqbilx mal-għarbiel li wettaqtu fuq l-iSnap tiegħi. x'nista' nagħmel?
Bħalissa tista' tappella l-għarbiel għall-Istejjer Merfugħa u l-iSpotlights direttament mill-app. Għalissa ma tistax tappella l-għarbiel tal-iStejjer Pubbliċi mill-app. Nissuġġerulek taqra l-politiki tagħna (hawn) biex tara li l-iSnap tiegħek qed timxi magħhom.