Tista' tagħmel Video Chat ma' ħabib, jew fi grupp ta' sa 15-il ħabib f'daqqa. Tista' saħansitra tuża Lentijiet tal-Wiċċ waqt li tkun qed tagħmel Video Chat. Biex titlob Video Chat, mur f'Chat jew Group Chat u tektek l-ikona tal-kamera tal-films.
Biex timminimizza Video Chat, skrolla 'l isfel. Tektek il-Video Chat biex terġa' lura għall-fullscreen.
Jekk jogħġbok innota: Ħbiebek jistgħu jaraw il-vidjo tiegħek qabel ma jwieġbu t-telefonata tiegħek.