Iċ-Charms huma tifkiriet speċjali sbieħ li jfrakkru l-ħbiberiji tiegħek! Tikseb iċ-charms skont dak li tagħmel ma' sħabek u r-relazzjoni tiegħek magħhom.
Biex issib iċ-Charms, iftaħ Profil tal-Ħbiberija jew Profil tal-Grupp u mur f'qiegħ il-paġna. Biex issir taf iktar dwar Charm, tista' tagħfas fuqha. Kemm tagħfas barra miċ-Charm jew iżżerżaq subgħajk 'l isfel biex tmur lura.
Iċ-Charms jinbidlu maż-żmien jiġifieri żomm għajnejk miftuħin għax taf issib sorpriżi ġodda!
Kif tikseb iċ-Charms
Iċ-Charms huma sorpriżi speċjali li nagħtuk skont ir-relazzjoni tiegħek ma' sħabek u kif iġġib ruħek magħhom. Qiegħdin hemm biex noħolqu atmosfera isbaħ!
Iċ-Charms jafu jkunu marbutin mal-Wiċċini ta' Sħabek, mal-Bitmoji, mal-għeluq is-snin, mal-Ismrijiet Murija u iktar!
Iċ-Charms jinbidlu ta' sikwit biex dejjem ikollok sorpriża ġdida. Xi wħud minnhom jinbidlu iktar malajr mill-oħrajn.
Charms tal-Gruppi
Iċ-Charms tal-Gruppi jingħataw b'modi sbieħ u speċjali lill-iktar membri kreattivi u attivi tal-Gruppi tiegħek.
Xi Charms tal-Gruppi għandhom ukoll poża Bitmoji għalihom! Jekk xi ħadd għalaq sninu, nafu nuruk il-poża tal-għeluq is-snin minflok pożi oħra.
Iftaħ wieħed mill-Profili tal-Grupp tiegħek u mur f'qiegħ il-paġna biex issib iċ-Charms tal-Gruppi li għandu bħalissa. Iċ-Charms tal-Gruppi jintwerew lill-membri kollha tal-Grupp.