Hemm għadd ta' raġunijiet għaliex taf mhux jirnexxilek tidħol fi Snapchat jew toħloq kont ta' Snapchat ġdid. Meta jiġri hekk, għandek issib żball jew kodiċi tal-iżball (ngħidu aħna, "SS06", "SS07") li jgħidlek x'wassal għall-problema u kif tista' tippprova ssewwiha.
Dawn xi pariri biex ngħinuk terġa' tidħol fil-kont u terġa' tingħaqad mal-komunità ta' Snapchat!
Agħfas biex tkabbar taqsima:
Minħabba tentattivi ripetuti li fallew jew attività oħra mhux tas-soltu, l-aċċess tiegħi għal Snapchat huwa temporanjament diżattivat: żbalji SS01, SS03, SS08
Tlift l-aċċess għal Snapchat għal ftit taż-żmien għax pruvajt nidħol fil-kont għadd ta' drabi mingħajr ma rnexxieli jew minħabba xi għemil ieħor mhux tas-soltu
Hemm diversi raġunijiet għaliex tista' tara dan il-messaġġ ta' żball meta tipprova tilloggja jew toħloq kont ġdid. Jista' jkun li ppruvajt tidħol wisq drabi f'perjodu qasir, jew ippruvajt tirreġistra għal wisq kontijiet Snapchat f'perjodu qasir. Id-diżattivazzjoni temporanja tal-aċċess tiegħek għal Snapchat hija miżura ta' sigurtà li nieħdu biex nipproteġu l-komunità Snapchat wara li niskopru attività suspettuża jew ksur tar-Regoli tal-Komunità jew it-Termini tas-Servizz tagħna.
Dawn huma xi ħwejjeġ li tista' tagħmel:
- Ara li qed tuża d-dettalji t-tajba biex tidħol fil-kont
- Stenna 48 siegħa u mbagħad erġa' pprova idħol
- Nissuġġerulek tuża netwerk tal-Wi-Fi differenti jekk is-sinjal mhux stabbli
It-tagħmir imblukkat għalkollox: żbalji bil-kodiċi SS18, SS06, SS07
SS06 jew SS18: Il-kodiċijiet ta' żball SS18 u SS06 it-tnejn ifissru li Snapchat ipprojbixxa l-apparat li qed tuża minħabba abbuż jew ksur ripetut tar-Regoli tal-Komunità tagħna. Din hija miżura ta' sigurtà li nieħdu biex nipproteġu l-komunità Snapchat meta niskopru attività suspettuża.
SS07: Jekk int u tipprova tidħol fil-kont qed jitla' l-iżball bil-kodiċi SS07, dan ifisser li mblukkajnielek għalkollox it-tagħmir milli jidħol fi Snapchat għax hemm wisq kontijiet marbuta ma' dat-tagħmir.
Jekk imblukkajnielek għalkollox it-tagħmir tiegħek, it-tim tal-Għajnuna ta' Snapchat ma jistax jerġa' jiftaħ l-aċċess għat-tagħmir tiegħek.
Kif nista' nikseb kopja tad-dejta tiegħi?
Jekk tixtieq tikseb kopja tad-dejta tiegħek, tista' tniżżilha billi timxi ma' dal-istruzzjonijiet:
- Mill-kompjuter, żur accounts.snapchat.com u idħol fil-kont tiegħek.
- Agħfas fuq 'Id-Dejta Tiegħi'
- Agħżel id-dejta li tixtieq tniżżel.
- Agħżel il-firxa tad-dati tad-dejta li tixtieq tniżżel jew jekk tixtieq tniżżel id-dejta kollha, itfi dil-għażla.
- Ikkonferma l-indirizz tal-email li tixtieqna ngħarrfuk fuqu.
- Agħfas fuq 'Ibgħat' f'qiegħ il-paġna.
- Malli d-dejta tkun lesta biex tniżżilha, se nibagħtulek email b'ħolqa. Hawn tista' ssib il-kopji tad-dejta li tlabt dal-aħħar.
- Agħżel 'Uri l-kopji tad-dejta' u mbagħad agħfas fuq 'Niżżel' biex tniżżel il-kopja tad-dejta tiegħek.
Ippruvajt noħloq kont ġdid imma ma stajtx.
Snapchatters li kellhom l-apparat tagħhom ipprojbit mhux se jkunu jistgħu joħolqu kontijiet ġodda fuq dak l-apparat. Din hija miżura ta' sigurtà li nieħdu biex nipproteġu l-komunità Snapchat .
Servizz mhux disponibbli: Żbalji C13A, C14A, C14B, C16A, SS14A-D01, SS14A-D02
Jekk qed tara kodiċi ta' żball C13A, C14A, C14B, C16A, SS14A-D01, jew SS14A-D02 meta tipprova tidħol, dan ifisser li Snapchat mhux kapaċi jlesti d-dħul tiegħek f'dan il-ħin. Ir-raġuni taf tkun konnessjoni batuta mal-internet. Nissuġġerulek taqta' minn mal-Wi-Fi u tuża l-internet tal-mowbajl minflok.
Ippruvajt tidħol wisq drabi: żball bil-kodiċi SS02
Jekk qed tara kodiċi ta' żball SS02 meta tipprova tilloggja, dan ifisser li temporanjament ipprojbixxejnek milli tilloggja fil-kont tiegħek fuq dak l-apparat minħabba tentattivi ripetuti li fallew biex tilloggja. Teħtieġ tistenna ftit qabel ma tkun tista' terġa' tilloggja fuq dak l-apparat. Din hija miŴura ta' sigurt li nieħdu biex nipproteġu l-komunit Snapchat wara li niskopru attivit suspettuŴa, jew ksur tar-Regoli tal-Komunit tagħna.
Żball mhux magħruf: żball bil-kodiċi C02A
Jekk qed tara kodiĉi ta' Ŵball C02A meta tipprova tilloggja, dan ifisser li qed nirĉievu Ŵball u m'aħniex ĉerti x'qed jikkawŴah. Hawn huma ftit affarijiet li tista' tipprova:
- Aġġorna l-app ta' Snapchat għall-iġded verżjoni għal iOS jew Android
- Kun żgur li għandek konnessjoni tajba tal-internet. Ipprova ibdel bejn il-Wi-Fi u d-dejta mobbli, jew imxi lejn post fejn għandek servizz ċellulari aħjar.
- Agħlaq l-app ta' Snapchat u erġa' iftaħha
- Battal il-cache ta' Snapchat biex tikseb lura l-ispazju tal-ħażna fuq it-tagħmir tiegħek
Kont imblukkat: żball bil-kodiċi SS04
Jekk int u tipprova tidħol fil-kont qed jitla' żball bil-kodiċi SS04, dak ifisser li l-kont li qed tipprova tidħol fih imblukkat.
Jekk il-kont tiegħek ġie msakkar temporanjament, tista' tipprova terġa' tidħol permezz tal-app jew fuq il-web billi tmur hawn, u tagħŴel 'Niftaħ'. Jekk ma tistax tiftaħ il-kont tiegħek b'dan il-metodu, teħtieġ tistenna ftit qabel ma tkun tista' terġa' tilloggja.
Sir af iktar għaliex nafu mblukkajnielek il-kont tiegħek u kif tista' tressaq appell marbut ma' kont inblukkat jekk il-kont tiegħek eliġibbli għal appell bħal dan.
It-tagħmir m'għandux il-ħtiġijiet tas-sigurtà meħtieġa: żball bil-kodiċi SS10
Jekk qed tara kodiċi ta' żball SS10 meta tipprova tilloggja, dan ifisser li qed tipprova tilloggja minn apparat li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta' integrità tagħna. Ipprova idħol minn apparat differenti.
L-isem tal-utent, l-indirizz tal-email jew in-numru tal-mowbajl tiegħi mhux jinstabu
- Iċċekkja darbtejn li l-username u l-password tiegħek huma miktuba sew. Jekk il-username jew il-password ta' Snapchat ikunu miktuba ħażin, allura tista' tara messaġġ ta' żball. Jekk ma tiftakarx l-username tiegħek, itlob lil ħabib(a) biex ifittixlek fl-app Snapchat .
- Ipprova uża metodu ta' login differenti. Ngħidu aħna, jekk ma tiftakarx liema numru tal-mowbajl użajt, ipprova uża l-username tiegħek jew l-email assoċjata mal-kont tiegħek.
- Nissuġġerulek tibdel il-password tiegħek bl-indirizz tal-email jew in-nurmu tal-mowbajl li taħseb li kont użajt.
Jekk insejt il-password, sir af kif tibdel il-password ta' Snapchat tiegħek minn hawn.
Il-messaġġ tal-iżball li tela' mhux imsemmi hawn
Jekk il-messaġġ li tela' fuq il-paġna tad-dħul fil-kont mhux imsemmi f'dal-artiklu, ipprova dawn li ġejjin:
- Aġġorna l-app ta' Snapchat għall-iġded verżjoni għal iOS jew Android
- Kun żgur li għandek konnessjoni tajba tal-internet. Ipprova ibdel bejn il-Wi-Fi u d-dejta mobbli, jew imxi lejn post fejn għandek servizz ċellulari aħjar.
- Agħlaq l-app ta' Snapchat u erġa' iftaħha
- Battal il-cache ta' Snapchat biex tikseb lura l-ispazju tal-ħażna fuq it-tagħmir tiegħek