Bħala regola standard ma nżommux l-iSnaps u t-Taħditiet. Dan ifisser li l-biċċa l-kbira tal-messaġġi li jintbagħtu fuq Snap se jitħassru awtomatikament wara li jkunu nfetħu fuq l-app tal-mowbajl jew l-app tal-brawżer ta' Snapchat jew malli jiskadu. Din ħarsa ħafifa lejn ir-regoli ġenerali ta' kemm inżommu kull xorta ta' kontenut fuq is-servers ta' Snapchat!
Snaps mal-Ħbieb
Is-servers ta' Snapchat imfassla biex awtomatikament iħassru kull messaġġ privat bejn tnejn min-nies u l-iSnaps tat-Taħditiet tal-Gruppi wara li kulħadd ikun fetaħhom.
Biss int, sħabek jew il-membri tal-grupp tistgħu tagħżlu li l-iSnaps kollha b'timer infinit, loop u bounce fit-taħdita tagħkom jitħassru wara 24 siegħa. Ma tistax tagħżel dil-għażla jekk m'għażiltx li t-Taħditiet tiegħek jitħassru awtomatikament '24 siegħa wara li jinfetħu', '7 ijiem wara li jinfetħu' jew 'Qatt' u li int jew sħabek tistgħu tagħżlu din l-għażla jew tneħħuha għall-kontenut tal-ġejjieni. Jekk Snapchatter iqiegħed it-tħassir ta' xi Snap għal 24 siegħa, is-servers tagħna jħassru dik l-iSnap awtomatikament wara li jgħaddu l-24 siegħa.
Biex tibdel meta tixtieq li l-iSnaps ta' xi taħdita partikolari jitħassru awtomatikament...
- Agħfas u żomm it-taħdita magħfusa u mbagħad agħfas fuq 'Għażliet tat-Taħditiet u tan-Notifikazzjonijiet'
- Ara li għat-Taħditiet tiegħek ikollok l-għażla li jitħassru '24 siegħa wara li jinfetħu', '7 ijiem wara li jinfetħu' jew 'Qatt'
- Ixgħel jew itfi 'Żomm l-iSnaps fit-Taħdita'
Jekk mhux jirnexxielek tibdel meta t-Taħditiet għandhom jitħassru awtomatikament, ara li int u sieħbek qed tużaw l-iġded verżjoni tal-app.
Wara 31 jum, is-servers ta' Snapchat iħassru awtomatikament l-iSnaps privati li ma jkunux infetħu. Wara 7 ijiem, is-servers ta' Snapchat iħassru awtomatikament l-iSnaps ta' Taħdita tal-Grupp li ma jkunux infetħu.
L-iSnapchatters jistgħu jerfgħu Snap f'Taħdita billi jagħfsu fuqha u jżommuha huma u jarawha jew billi jerfgħu l-iSnap direttament wara li jkunu rawha. Wara li terfa' Snap, l-iSnap se tintrefa' fit-taħdita bħala Midja tat-Taħdita.
L-iSnapchatters jistgħu wkoll iħassru Snap minn Taħdita billi jagħfsu fuqha u jżommuha magħfusa u mbagħad jagħfsu fuq 'Ħassar'. Meta xi ħadd iħassar Snap minn taħdita, aħna nħejjuha biex titneħħa mis-servers tagħna. Nagħmlu wkoll l-almu tagħna biex inneħħuha mit-tagħmir ta' sħabek. Dil-ħaġa mhux dejjem taħdem jekk xi ħadd ikollu konnessjoni tal-internet batuta jew ikun qed juża verżjoni eqdem ta' Snapchat.
Taħditiet mal-Ħbieb
Fit-taħditiet privati u fit-taħditiet tal-Gruppi, bħala regola standard it-Taħditiet jitħassru awtomatikament 24 siegħa wara li kull membru tat-taħdita jkun fetaħ it-taħdita fuq l-app tal-mowbajl jew tal-brażwer ta' Snapchat jew 31 jum wara li t-Taħdita tkun intbagħtet, skont liema tiġi l-ewwel. Tista' tagħżel li t-taħditiet jitħassru awtomatikament wara li jinfetħu, 7 ijiem wara li jinfetħu, jew qatt. Bħala regola standard, it-taħditiet fit-Taħditiet tal-Gruppi tal-Komunitajiet jitħassru awtomatikament 7 ijiem wara li kulħadd ikun fetaħ it-Taħdita fuq l-app tal-mowbajl jew l-app tal-brawżer ta' Snapchat.
Jekk jogħġbok żomm f'moħħok: Xi faċilitajiet taż-Żamma tat-Taħditiet jafu ma jaħdmux fil-post tiegħek.
Jekk xi ħadd jerfa', iwieġeb jew jirreaġixxi għall-messaġġ tiegħek, tista' żżomm il-messaġġi tat-Taħditiet tiegħek għal żmien itwal. Jekk terfa' messaġġ, se tkun qed terfa' wkoll ir-reazzjonijiet marbuta miegħu.
Biex tibdel meta t-Taħditiet jitħassru awtomatikament fit-taħditiet...
- Żerżaq subgħajk lejn il-lemin mill-paġna tal-Kamera biex tiftaħ il-Paġna tat-Taħdita
- Agħfas u żomm fuq xi ħadd minn sħabek jew fuq isem ta' Grupp u agħfas fuq 'Għażliet tat-Taħditiet u tan-Notifikazzjonijiet'
- Agħfas fuq 'Ħassar it-Taħditiet...'
- Agħfas jew 'Wara li jinfetħu', '24 siegħa wara li jinfetħu', '7 ijiem wara li jinfetħu' jew 'Qatt'
Kull membru tat-taħdita se jkun jista' jibdel dil-għażla. Jekk xi ħadd jibdel l-għażla, fit-Taħdita se jitla' messaġġ tal-istat li jgħarraf lill-membri kollha li l-għażla nbidlet.
Jekk jogħġbok żomm f'moħħok: Jekk taqleb minn '24 siegħa wara li jinfetħu' jew '7 ijiem wara li jinfetħu' għal 'Wara li jinfetħu', it-Taħditiet kollha li kont diġà ftaħt se jisparixxu. Il-messaġġi tiegħek mhux se jitħassru minnufih jekk xi ħadd jerfa', jwieġeb jew jirreaġixxi għall-messaġġ tiegħek. Sir af iktar dwar kif terfa' u tħassar il-messaġġi.
Snaps u Taħditiet ma' My AI
Għall-kuntlarju tal-iSnaps u t-Taħditiet maqsuma ma' sħabek, il-kontenut kollu li taqsam ma' My AI — kemm fit-taħditiet privati kif ukoll meta ssemmi lil My AI b'@ — jinħażen sakemm tħassru. Jekk jogħġbok żur dil-paġna tal-għajnuna biex issir taf iktar dwar l-għażliet li għandek biex tħassar il-kotenut My AI.
Taħditiet dwar is-Suġġetti
It-Taħditiet li Tibgħat f'Taħdita dwar Suġġett huma pubbliċi u jinżammu għal 5 snin. Biex issir taf iktar dwar it-Taħditiet dwar is-Suġġetti, fosthom kif tħassar it-taħditiet mibgħuta f'Taħdita dwar Suġġett jekk jogħġbok żur dil-paġna tal-għajnuna.
L-Istorja Tiegħi
Is-servers ta' Snapchat imfassla biex awtomatikament iħassru kull Snap li żżid mal-Istorja Tiegħi meta l-iSnap tiskadi (ħafna drabi 24 siegħa wara li ttellagħha imma jiddependi mill-Għażliet tiegħek). Għall-Istejjer Tiegħi pubbliċi, nafu nżommu xi dejta dwar l-iSnap tiegħek għal 30 jum biex tgħinna nippersonalizzaw l-esperjenza tiegħek fuq Snapchat. Meta trid tista' tħassar Snap minn l-Istorja Tiegħi.
Ħafna mill-Istejjer jitħassru fi żmien 24 siegħa sakemm ma tibdilx l-għażliet, terfa' l-Istorja fil-Profil Pubbliku tiegħek, sakemm ma terfax l-Istejjer awtomatikament fit-Tifkiriet jew sakemm ma jkunx hemm xi ħadd minn sħabek li jerfagħha fit-Taħdita. Wara li ttella' Storja, Sħabek u nies oħra se jkunu jistgħu jirreaġixxu għaliha. Ngħidu aħna, se jkunu jistgħu jużaw l-istess Lenti li tkun użajt int, joħolqu Snap imsejsa fuq l-iSnap tiegħek jew jaqsmuha ma' sħabhom u ma' ħaddieħor.
Stejjer Maqsuma mal-Oħrajn
Is-servers ta' Snapchat imfassla biex awtomatikament iħassru kull Snap li żżid ma' Storja Maqsuma mal-Oħrajn meta l-iSnap tiskadi (ħafna drabi 24 siegħa wara li ttellagħha imma jiddependi mill-Għażliet tiegħek).
L-Istejjer Maqsuma mal-Oħrajn ma jistgħux ikollhom iktar minn 1,000 Snap f'ħin wieħed — wara li l-Istorja Maqsuma mal-Oħrajn ikollha iktar minn hekk, l-iġded Snaps jieħdu post il-qodma.
Tista' wkoll tħassar l-iSnaps tiegħek minn Storja Maqsuma mal-Oħrajn meta trid.
Jekk jogħġbok żomm f'moħħok: Il-membri tal-Istorja Maqsuma mal-Oħrajn jistgħu jerfgħu biss l-iSnaps tagħhom stess. Tinsiex lanqas li l-oħrajn fl-Istorja jafu jieħdu ritratt tal-iskrin tal-iSnaps!
Tifkiriet
Tifkiriet iżżomm l-iSnaps u l-Istejjer li terfa' biex tkun tista' terġa' tiftaħhom meta trid! Snapchat taħżen kopja tat-Tifkiriet.
Jekk tħassar Snap mit-Tifkiriet tiegħek, is-servers ta' Snapchat imfassla biex iħassru dik l-iSnap mill-iktar fis.
Stejjer fit-Tiftix, Snaps fuq il-Kuntestiera u Snaps fuq il-Mappa ta' Snap
L-iSnaps li jintbagħtu fuq il-Mappa ta' Snap u Stejjer pubbliċi oħra (bħal Ġrajjiet mll-Kampus u l-Aqwa tan-Nuċċali) jafu jinstabu fuq il-pjattaforma kollha ta' Snapchat għal tul ta' żmien differenti — xi wħud għal jum jew jumejn filwaqt li oħrajn jistgħu jinstabu għal żmien itwal.
Jekk tixtieq tneħħi Snap li bgħatt fuq il-Mappa ta' Snap, żur it-taqsima 'Spotlight u Mappa ta' Snap' fuq il-Profil tiegħek biex issib l-iSnaps, agħfas u żomm l-iSnap li tixtieq tħassar magħfusa u mbagħad agħfas fuq 'Ħassar l-iSnap' biex tneħħiha — b'hekk titħassar minn Tiftix, Kuntestiera u mill-Mappa wkoll. Żomm f'moħħok li l-iSnaps li tibgħat fuq il-Mappa ta' Snap u l-Istejjer pubbliċi l-oħra huma Kontenut Pubbliku u l-iSnap tiegħek tista' tibqa' tintwera barra Snapchat jekk tkun qsamtha barra Snapchat.
Jekk jogħġbok aqra l-Politika tal-Privatezza tagħna biex issir taf iktar dwar l-iSnaps mibgħuta fuq il-Mappa ta' Snap u dwar l-Istejjer pubbliċi.
Importanti: L-iSnapchatters li jiftħu l-messaġġi tiegħek dejjem hemm ċans li jistgħu jerfgħuhom, kemm billi jieħdu ritratt tal-iskrin kif ukoll billi jużaw xi teknoloġija oħra għall-ġbid tal-istampi (b'software għalih jew billi jieħdu ritratt tal-iskrin b'kamera oħra).
Jekk jogħġbok żomm f'moħħok: Jekk tikser ir-Regoli tal-Komunità tagħna, nafu nneħħu l-kontenut li jikser ir-regoli.
Jekk jogħġbok aqra l-Politika tal-Privatezza tagħna għal iktar tagħrif.