Hemm apps u plugins li għandhom permess jaħdmu ma' Snapchat u oħrajn le. Jekk tuża l-apps u l-plugins li m'għandhomx permess, taf tkun qed tqiegħed il-kont tiegħek f'riskju.
X'inhuma l-apps u l-plugins barranin mingħajr permess?
Jekk tuża xi apps jew plugins barranin mingħajr permess ma' Snapchat, tkun qed tikser ir-Regoli tas-Servizz tagħna. Dawn l-apps u l-plugins jistgħu jqiegħdu l-kont tiegħek u l-kontijiet ta' sħabek f'riskju.
L-apps barranin mingħajr permess jużaw id-dettalji tad-dħul fi Snapchat tiegħek (l-isem tal-utent u l-password) biex jidħlu fis-servizzi ta' Snapchat minflok jużaw konnessjoni sigura bħalma jagħmlu l-apps li jaqbdu bil-Kaxxa tal-Għodda ta' Snap.
Plugin, jew “bidla”, hija żieda li tagħtik iktar faċilitajiet li ma jinsabux fl-app uffiċjali ta' Snapchat.
Jekk tuża l-plugins jew tinstallahom fuq it-tagħmir tiegħek, taf issib xi problemi biex tidħol fil-kont — jew nafu anki nimblukkawlek il-kont ta' Snapchat tiegħek.
Fost l-apps barranin mingħajr permess hemm:
- Emulator
- Wicked
- SnapEnhance / SE-Extended
- FMSC
- iota
- Snapchat Plus / Snapchat++
- SCOthman
- Phantom
- Sneakaboo
- SnapTools
X'għandi nagħmel jekk qed nuża app jew plugin barranija li m'għandhiex il-permess ta' Snap?
Jekk jogħġbok neħħi kull app jew plugin barranija li m'għandhiex il-permess tagħna minnufih. Biex tħares il-kont tiegħek, ara li tibdel il-password wara.
Xorta għandi xi problema, anki wara li neħħejt l-apps jew il-plugins barranin li m'għandhomx il-permess ta' Snapchat.
Wara li tneħħi app barranija li m'għandhiex il-permess ta' Snapchat, xorta taf tkompli tħabbat wiċċek ma' xi problema biex tidħol fil-kont sakemm tissewwa l-problema.
Xi apps li m'għandhomx il-permess tagħna jafu ma jitneħħewx kif suppost jekk għandek jailbreak fuq it-tagħmir tiegħek. Biex tneħħi dal-apps għalkollox, nissuġġerulek iġġedded is-sistema tat-tagħmir tiegħek għal verżjoni iġded jew tneħħi l-jailbreak mit-tagħmir. Sir af iktar dwar l-iPhones u t-tagħmir iOS b'jailbreak.
Xi jkunu l-apps u l-plugins barranin bil-permess ta' Snap?
Xi apps barranin għandhom il-permess li jaħdmu ma' Snapchat grazzi għall-Kaxxa tal-Għodda ta' Snap. Dawn l-apps mibnija minn żviluppaturi li nafdawhom u li qatt m'għandhom jitolbuk iktar tagħrif għajr il-Laqam u l-Bitmoji tiegħek.
Jekk jogħġbok aqra dal-artiklu għal iktar tagħrif dwar l-apps marbuta, kif tibdel l-għażliet tagħhom u, jekk ma tixtieqx tużahom iktar, kif tneħħihom.