X'inhuma l-Profili tal-Gruppi?
Il-Profili tal-Gruppi juru l-iSnaps u t-Taħditiet li erfajt f'Taħdita ta' Grupp. Biex tiftaħ il-Profil ta' Grupp, żerżaq subgħajk lejn il-lemin mill-paġna tal-kamera u agħfas fuq l-ikona tal-Bitmoji tal-grupp.
Agħfas it-tliet tikek
fuq in-naħa ta' fuq biex tikseb l-għażliet li tħalli l-grupp, tibdel isem il-grupp, tieħu ħsieb in-notifikazzjonijiet, iżżid iktar ħbieb mal-grupp u iktar.
Il-membri tal-grupp jistgħu jiksbu ċ-Charms tal-Gruppi li juru b'modi speċjali min huma l-iktar membri kreattivi u attivi tal-grupp tiegħek.
Xi jfissru l-pożi tal-Bitmoji bil-Profil tal-Grupp tiegħi?
Il-pożi tal-Bitmoji jistgħu jinbidlu skont iċ-Charms tal-Gruppi u l-għeluq is-snin. Jekk xi ħadd għandu xi Charm tal-Gruppi, il-poża tal-Bitmoji tiegħu tista' tinbidel biex tiġi taqbel miegħu. Jekk xi ħadd għalaq sninu, se nuruk poża tal-għeluq is-snin minflok.
Xi ħwejjeġ oħra li għandek tkun taf dwar il-Bitmoji fil-Gruppi:
- Il-Bitmoji tiegħek dejjem se tkun fil-qalba tal-poża tal-grupp!
- L-iktar tliet membri attivi fit-taħdita tal-grupp se jkunu fl-ewwel tliet postijiet tal-poża tal-grupp tal-Bitmoji
- F'poża tal-grupp jista' jkollok sa 10 Bitmoji