Kif nista' nissejvja l-messaġġi ta' Chat ta' Snapchat?
Tektek fuq messaġġ biex issejvjah. Jekk tibdel fehmtek, tista' terġa' taptap il-messaġġ biex tneħħi s-salvataġġ tiegħu.
Kif nista' nħassar il-messaġġi ta' Chat ta' Snapchat?
Biex tħassar messaġġ, agħfas u żomm fuqu, imbagħad tap 'Ħassar'.
Meta ma nistax inħassar messaġġi taċ-Chat ta' Snapchat?
Tista' tħassar messaġġi, Snaps, Bitmoji, Memorji, u ritratti mibgħuta mill-Camera Roll tiegħek. Imma ma tistax tħassar messaġġi mibgħuta minn Snapchatters oħra.
Ukoll, jekk imblokkajt lil xi ħadd, ma tkunx tista' tara ċ-Chat tiegħek aktar, għalhekk ma tkunx tista' issejvja jew tħassar messaġġi miċ-Chat tiegħek magħhom.
Jekk jogħġbok żomm f'moħħok: Meta tħassar messaġġ, aħna nippruvaw inneħħuh mis-servers tagħna u mit-tagħmir tal-ħbieb tiegħek. Dan jista' ma jaħdimx dejjem mill-ewwel jekk xi ħadd ikollu konnessjoni tal-internet ħażina, jew ikun qed juża verżjoni antika ta' Snapchat.
X'jiġri mill-messaġġi taċ-Chat merfugħa meta ma nibqax ħabib ma' xi ħadd?
Meta ssalva messaġġ, dan jinżamm fiċ-Chat biex int u ħabib(a) tiegħek tarawh. Jekk int u Snapchatter ieħor m'għadkomx ħbieb, ngħidu aħna jekk neħħejtu lil xulxin bħala ħbieb jew imblokkajtu lil xulxin, il-messaġġi merfugħa fiċ-Chat one-on-one tiegħek jistgħu jitneħħew mis-sistemi tagħna maż-żmien u jistgħu ma jibqgħux jidhru fiċ-Chat.