Għalina ta' Snap, is-saħħa u s-sigurtà tal-komunità, l-imsieħba u t-tim ta' Snapchat jiġu minn ta' quddiem. Snapchat tgħaqqadna anki meta nkunu bogħod minn xulxin u għalhekk aħna grati tal-opportunità li nistgħu ngħinu lin-nies jikkomunikaw ma' sħabhom u qrabathom b'mod sigur.
Dawn xi modi kif Snap tgħin iżżomm il-komunità tagħna sigura u mgħarrfa:
Hawn Għalik: Meta l-iSnapchatters ifittxu xi suġġetti marbuta mas-saħħa tal-moħħ, it-tensjoni, id-dieqa, l-istress, is-suwiċidju, in-niket u l-bullying, Hawn Għalik turi r-riżorsi miġjuba minn imsieħba esperti apposta.

Lentijiet u Filtri: Ħu stessu u qalleb il-Lentijiet jew ħu Snap u qalleb il-Filtri tagħna. Snap issieħbet ma' għaqdiet li jagħtu pariri siewja approvati mill-esperti. Dal-Filtri u l-Lentijiet marbuta ma' iktar tagħrif biex inżommu lill-iSnapchatters mgħarrfa.
Stickers: Ħu Snap u żid sticker! Se ssib l-għażliet fil-Fittiexa tal-Istickers b'għadd ta' pariri ta' kif tħares lilek innifsek.
Bitmojis: Żid il-Bitmojis mal-iSnaps tiegħek biex taqsam il-pariri tas-sigurtà. Ara x'jiġri meta tfittex ‘ħares lilek innifsek’ int u tagħżel Bitmoji!

Il-Mappa ta' Snap: Agħti sehmek għall-Mappa ta' Snap billi taqsam l-esperjenzi tiegħek ma' pubbliku usa'. Hemm għadd ta' modi kif tagħmel hekk:
- Aqsam Snap siewja fuq il-Mappa ta' Snap. Il-Mappa ta' Snap hija ġabra ta' Snaps organizzati li bagħtulna ħafna Snapchatters tal-komunità tagħna.
- Żid sticker tas-‘Suġġett’ fuq Snap. Ħu Snap u żid sticker tas-‘Suġġett’ biex iżżid mal-Mappa ta' Snap.
Iċ-Ċentru tal-Familja: Jekk int ġenitur jew tutur li qbiżt it-18-il sena, tista' tuża ċ-Ċentru tal-Familja biex tikseb iktar tagħrif dwar sħab l-adoloxxenti tiegħek fuq Snapchat u ma' min qed j/tikkomunika mingħajr ma tnaqqar mill-ħelsien u l-privatezza tal-adoloxxenti nfushom. Fassalna daċ-Ċentru bil-għan li jkun eżatt kif il-ġenituri jġibu ruħhom mal-adoloxxenti tagħhom fil-ħajja ta' vera: il-ġenituri jafu min huma sħab uliedhom u meta qed jiltaqgħu ma' sħabhom imma ma joqogħdux jissemmgħu xi jgħidu.
- Tista' tirrapporta b'mod kunfidenzjali 24 siegħa kuljum dawk il-kontijiet li l-ġenituri jafu jkunu mħassba dwarhom lit-tim tal-Fiduċja u s-Sigurtà tagħna
- Ir-rapporti li tibgħat huma anonimi u kunfidenzjali—la ngħarrfu lill-kont li tirrapporta u lanqas lill-adoloxxenti tiegħek. Biss, nissuġġerulek taqsam it-tħassib tiegħek mal-adoloxxenti biex tara li jħossu komdu jirrapporta l-kontijiet li jiksru r-regoli tagħna hu stess.
Jekk jogħġbok żomm f'moħħok: Għalkemm qed naħdmu qatigħ biex inniedu dal-faċilitajiet għal kulħadd, jafu mhux disponibbli għal kulħadd b'kull ilsien għalissa. Ara li qed tuża l-iġded verżjoni tal-apps ta' Snapchat u Bitmoji.