Esploratur tal-Lentijiet
Esploratur tal-Lentijiet tħallik tuża eluf ta' Lentijiet mibnija mill-iSnapchatters bħalek! Kemm tagħfas fuq l-ikona tal-lenti int u tuża l-karużell biex tiftaħ l-Esploratur tal-Lentijiet.
Se jkollok 24 siegħa biex iżżid il-Lentijiet mal-karużell tiegħek. Kulma għandek tagħmel hu li tagħfas fuq il-kaxxa ta' Lenti jew iżżerżaq subgħajk 'il fuq fuq Snap prominenti fl-Istejjer bil-Lentijiet tal-Komunità. Sibt xi Lenti li togħġbok? Agħfas fuq l-ikona tal-qalb biex iżżidha mal-Favoriti tiegħek.
Jekk jogħġbok żomm f'moħħok: Hemm limitu għall-għadd ta' Lentijiet li tista' żżid mal-Favoriti. Jeħtieġlek tneħħi l-Favoriti l-qodma biex ikollok l-ispazju għall-ġodda jekk tilħaq dak il-limitu.
Esploratur tal-Lentijiet huwa wkoll il-post fejn issib l-Abbonamenti ta' Lentijiet kollha tiegħek. Agħfas fuq isem il-Ħallieq tal-Lenti u agħfas fuq 'Inkiteb' biex ikollok l-iġded tagħrif dwar il-kontenut il-ġdid li ħolqu.
Kif tikseb il-Lentijiet li ssib fl-iSnappijiet
Jekk f'xi Snap ta' sħabek jew xi mkien ieħor madwar Snapchat issib Lenti li togħġbok, taf tista' tikseb dik il-lenti għalik.
Żerżaq subgħajk 'il fuq, fuq l-iSnap, biex tiftaħ il-Kaxxa tal-Kuntest u ppruvaha. Żomm f'moħħok li xi Snaps jafu ma jkollhomx Kaxxi tal-Kuntest.
Uża l-Kodiċi Snap għal-Lentijiet il-ġodda
Jekk issib Kodiċi Snap b'ċirku f'nofsu, skennjah. Dawn il-Kodiċi Snap jistgħu jagħtuk Lentijiet speċjali li tista' tużahom għal ftit taż-żmien.
Sir af iktar dwar il-Kodiċi Snap.