Biex tiddeċiedi min jista' jikkuntattjak fuq Snapchat...
- Tektek l-ikona tal-Profil tiegħek
- Tektek ⚙️ biex tiftaħ il-menù Settings
- Skrolla 'l isfel għal "App u Privatezza"
- Tektek 'Ikkuntattjani'
- Agħżel min jista' jikkuntattjak miż-żewġ għażliet t'hawn taħt:
Ħbieb. Nies biss li żidt bħala Ħbieb fuq Snapchat jistgħu jikkuntattjawk u jibagħtulek Snaps, Chats, jew Telefonati.
Ħbieb u Kuntatti. Nies li żidt bħala Ħbieb fuq Snapchat jew li elenkajt bħala Kuntatti fit-telefon tiegħek jistgħu jikkuntattjawk u jibagħtulek Snaps, Chats, jew Telefonati.
Jekk jogħġbok innota: L-għażla li taċċetta kuntatti minn "Kulħadd" m'għadhiex disponibbli, ħlief għall-kontijiet Kreatur u tan-negozju. Dan biex jgħin iżomm lil Snapchatters siguri minn kuntatt mhux mixtieq u jinkoraġġixxi aktar konversazzjoni fost il-ħbieb.
Jekk tixtieq taqsam xi kummenti u ħsibijiet magħna fuq kif taħdem din il-faċilità, tista' tibgħat is-suġġeriment tiegħek mill-Għażliet jew minn Heżżeż biex Tirrapporta