Billi tissettja d-dar tiegħek, il-ħbieb li magħhom taqsam il-post ikunu jistgħu jaraw id-dar tiegħek fuq il-Mappa tagħhom. Tista' taħbi d-dar tiegħek f'kull ħin billi tagħfas fuqek innifsek fuq il-Mappa u teditja d-Dar Tiegħi.
Biex twaqqaf id-dar tiegħek fuq il-Mappa, segwi l-passi t'hawn taħt:
- Mur fl-iskrin tal-Mappa
- Tektek l-ikona Bitmoji tiegħek fil-qiegħ tal-iskrin
- Tektek ‘Id-Dar Tiegħi’
- Tektek 'Aġġorna l-Lokazzjoni tad-Dar' biex taġġusta l-lokazzjoni tad-dar tiegħek
- Agħżel ikona tad-dar
- Tektek 'Issejvja'
Wara li twaqqaf id-dar tiegħek, ikollok l-għażla li tixgħel l-Avviżi ta' Sikurezza fid-Dar.