It-tħassir huwa l-istandard. Dan ifisser li l-biċċa l-kbira tal-messaġġi mibgħuta permezz ta' Snapchat jitħassru awtomatikament ladarba jkunu dehru fuq l-app tal-mowbajl jew tal-web ta' Snapchat jew ikunu skadew. Dawn huma xi regoli ġenerali dwar kemm idumu tipi differenti ta' kontenut fuq is-servers Snapchat!
Snaps mal-Ħbieb
Is-servers ta' Snapchat imfassla biex awtomatikament iħassru kull messaġġ privat bejn tnejn min-nies u l-iSnaps tat-Taħditiet tal-Gruppi wara li kulħadd ikun fetaħhom.
Madankollu, int, il-ħbieb tiegħek, jew il-membri tal-grupp tistgħu tissettjaw l-iSnaps biex jitħassru wara 24 siegħa għal kull Snap b'timer infinit, loop, u bounce fil-konverżazzjoni tiegħek. Dan is-setting jista' jintgħażel biss jekk it-Taħditiet tiegħek huma wkoll issettjati biex jitħassru awtomatikament '24 Siegħa Wara l-Wiri,' '7 Ijiem Wara l-Wiri,' jew 'Qatt' u jew int jew sħabek tistgħu tissettjawha jew tneħħuha għal kontenut futur. Jekk Snapchatter jibdel it-tħassir ta' Snap partikolari għal 24 siegħa, is-servers tagħna huma ddisinjati biex iħassru l-iSnap awtomatikament wara li jiskadi l-perjodu ta' 24 siegħa.
Biex tibdel meta tixtieq li l-iSnaps ta' xi taħdita partikolari jitħassru awtomatikament...
- Agħfas u żomm it-taħdita magħfusa u mbagħad agħfas fuq 'Għażliet tat-Taħditiet u tan-Notifikazzjonijiet'
- Ara li għat-Taħditiet tiegħek ikollok l-għażla li jitħassru '24 Siegħa Wara l-Wiri', '7 Ijiem Wara l-Wiri' jew 'Qatt'
- Ixgħel jew itfi 'Żomm l-iSnaps fit-Taħdita'
Jekk mhux jirnexxielek tibdel meta t-Taħditiet għandhom jitħassru awtomatikament, ara li int u l-ħabib(a) qed tużaw l-iġded verżjoni tal-app.
Is-servers ta' Snapchat huma ddisinjati biex iħassru awtomatikament l-iSnaps mhux miftuħa wara 31 jum.
L-iSnapchatters jistgħu jissejvjaw Snap fit-Taħdita billi jagħfsu u jżommu fuqu biex jissejvjawh waqt li jkunu qed jaraw jew direttament wara li jaraw l-iSnap. Wara li tissejvja Snap, dan se jidher fit-taħdita bħala Midja tat-Taħdita.
Dawk li jużaw Snapchat jistgħu wkoll iħassru Snap fit-Taħdita billi jagħfsu u jżommu fuqu, imbagħad jagħfsu 'Ħassar'. Meta Snap jitħassar mit-Taħdita, aħna nissettjawh biex jitħassar mis-servers tagħna. Se nagħmlu wkoll l-almu tagħna biex inneħħuh mill-apparat ta' sħabek. Dan jista' ma jaħdimx dejjem jekk xi ħadd ikollu konnessjoni tal-internet ħażina, jew ikun qed juża verżjoni antika ta' Snapchat.
Taħditiet mal-Ħbieb
F'konversazzjonijiet individwali u ta' Grupp, it-Taħditiet jitħassru awtomatikament 24 siegħa wara li kulħadd fil-konversazzjoni jkun ra t-Taħdita fuq l-app tal-mowbajl jew tal-web ta' Snapchat jew 31 jum wara li ntbagħtet it-Taħdita, skont liema tiġi l-ewwel. Tista' tissettja t-Taħditiet biex jitħassru awtomatikament eżatt wara li tarahom, 7 ijiem wara li tarahom, jew qatt. It-Taħditet fit-Taħditiet tal-Grupp tal-Komunità jitħassru awtomatikament 7 ijiem wara li kulħadd ikun ra t-Taħdita fuq l-app tal-mowbajl jew tal-web ta' Snapchat.
Tista' żżomm il-messaġġi tat-Taħdita għal aktar żmien jekk xi ħadd jissejvja, jirrispondi, jew jirreaġixxi għall-messaġġ. Meta tissejvja messaġġ iżżomm ukoll kwalunkwe reazzjoni għalih.
Biex tibdel meta t-Taħditiet jitħassru awtomatikament fit-taħditiet...
- Żerżaq subgħajk lejn il-lemin mill-paġna tal-Kamera biex tiftaħ il-Paġna tat-Taħdita
- Agħfas u żomm fuq xi ħadd minn sħabek jew fuq isem ta' Grupp u agħfas fuq 'Għażliet tat-Taħditiet u tan-Notifikazzjonijiet'
- Agħfas fuq 'Ħassar it-Taħditiet...'
- Agħfas jew 'Wara l-Wiri', '24 Siegħa Wara l-Wiri', '7 Ijiem Wara l-Wiri' jew 'Qatt'
Kulħadd fil-konverżazzjoni jista' jbiddel dan. Jekk issir xi bidla, kulħadd se jara messaġġ fit-Taħdita li jinnotifika lill-membri kollha li dan is-setting inbidel. Il-messaġġi mibgħuta wara li tinbidel iż-żamma, jirriflettu s-settings il-ġodda, iżda l-messaġġi eqdem xorta jirriflettu s-settings minn meta ntbagħtu oriġinarjament.
Jekk tixtieq tħassar messaġġi miżmuma, tista' tagħfas u żżomm fuq il-messaġġi tiegħek u tagħżel 'Ħassar.' Tgħallem aktar dwar kif tissejvja u tħassar il-messaġġi.
Snaps u Taħditiet ma' My AI
B'differenza minn Snaps u Taħditiet maqsuma mal-ħbieb, il-kontenut kollu maqsum ma' My AI — f'konversazzjonijiet individwali u meta ssemmi @ My AI — jinħażen sakemm tħassru. Jekk jogħġbok żur din il-paġna ta' appoġġ biex titgħallem dwar l-għażliet disponibbli biex tħassar il-kontenut ta' My AI.
Taħditiet dwar is-Suġġetti
It-Taħditiet li tibgħat lit-Taħditiet dwar is-Suġġetti huma pubbliċi, u jinżammu għal 5 snin. Jekk jogħġbok żur din il-paġna ta' appoġġ biex titgħallem aktar dwar it-Taħditiet dwar is-Suġġetti, inkluż kif tħassar taħditiet mibgħuta lit-Taħditiet dwar is-Suġġetti.
L-Istorja Tiegħi
Is-servers ta' Snapchat huma ddisinjati biex awtomatikament iħassru l-iSnaps li titfa' fuq l-Istorja Tiegħi tiegħek meta l-iSnap jiskadi (ġeneralment 24 siegħa wara li tippubblikah, iżda dan ivarja skont is-Settings tiegħek). Għall-Istejjer Tiegħi pubbliċi, nistgħu nżommu xi dejta dwar l-iSnap sa 30 jum biex tgħinna nippersonalizzaw l-esperjenza tiegħek fuq Snapchat. Tista' tħassar Snap mill-Istorja Tiegħi f'kull ħin.
Ħafna mill-Istejjer jitħassru fi żmien 24 siegħa sakemm ma tibdilx l-għażliet, terfa' l-Istorja fil-Profil Pubbliku tiegħek, sakemm ma terfax l-Istejjer awtomatikament fit-Tifkiriet jew sakemm ma jkunx hemm xi ħadd minn sħabek li jerfagħha fit-Taħdita. Wara li ttella' Storja, Sħabek u nies oħra se jkunu jistgħu jirreaġixxu għaliha. Ngħidu aħna, se jkunu jistgħu jużaw l-istess Lenti li tkun użajt int, joħolqu Snap imsejsa fuq l-iSnap tiegħek jew jaqsmuha ma' sħabhom u ma' ħaddieħor.
Stejjer Maqsuma mal-Oħrajn
Is-servers ta' Snapchat imfassla biex awtomatikament iħassru kull Snap li żżid ma' Storja Maqsuma mal-Oħrajn meta l-iSnap tiskadi (ħafna drabi 24 siegħa wara li ttellagħha imma jiddependi mill-Għażliet tiegħek).
L-Istejjer Maqsuma mal-Oħrajn ma jistgħux ikollhom iktar minn 1,000 Snap f'ħin wieħed — wara li l-Istorja Maqsuma mal-Oħrajn ikollha iktar minn hekk, l-iġded Snaps jieħdu post il-qodma.
Tista' wkoll tħassar l-iSnaps tiegħek minn Storja Maqsuma mal-Oħrajn meta trid.
Jekk jogħġbok żomm f'moħħok: Il-membri ta' Storja Maqsuma jistgħu jissejvjaw biss l-iSnaps tagħhom stess. Tinsiex ukoll li kull min ikun fl-Istorja jista' dejjem jieħu ritratt tal-iskrin tal-iSnaps!
Tifkiriet
Tifkiriet iżżomm l-Snaps u l-Istejjer li tissejvja, sabiex tkun tista' tħares lura lejhom f'kull ħin! Snapchat taħżen kopja tat-Tifkiriet.
Jekk tħassar Snap mit-Tifkiriet tiegħek, is-servers ta' Snapchat imfassla biex iħassru dik l-iSnap mill-iktar fis.
Stejjer fit-Tiftix, Snaps fuq il-Kuntestiera u Snaps fuq il-Mappa ta' Snap
L-iSnaps li jintbagħtu fuq il-Mappa ta' Snap u Stejjer pubbliċi oħra (bħal Ġrajjiet mill-Kampus u l-Aqwa tan-Nuċċali) jafu jinstabu fuq il-pjattaforma kollha ta' Snapchat għal tul ta' żmien differenti — xi wħud għal jum jew jumejn filwaqt li oħrajn jistgħu jinstabu għal żmien itwal.
Jekk tixtieq tneħħi Snap li tkun tfajt fuq il-Mappa ta' Snap, mur fit-taqsima 'Spotlight u Mappa ta' Snap' fil-Profil tiegħek biex tara l-iSnaps, agħfas u żomm fuq l-iSnap li trid tħassar, u agħfas fuq 'Ħassar l-iSnap' biex tneħħih — imbagħad jitħassar ukoll mill-Fittiexa, mill-Kuntestiera, u mill-Mappa. Żomm f'moħħok li l-Snaps sottomessi lil Mappa ta' Snap u Stories pubbliċi oħra huma Kontenut Pubbliku, u l-iSnap tiegħek xorta jista' jidher barra minn Snapchat jekk ikun ġie maqsum barra minn Snapchat.
Jekk jogħġbok aqra l-Politika tal-Privatezza tagħna biex issir taf iktar dwar l-iSnaps mibgħuta fuq il-Mappa ta' Snap u dwar l-Istejjer pubbliċi.
Importanti: L-iSnapchatters li jiftħu l-messaġġi tiegħek dejjem hemm ċans li jistgħu jerfgħuhom, kemm billi jieħdu ritratt tal-iskrin kif ukoll billi jużaw xi teknoloġija oħra għall-ġbid tal-istampi (b'software għalih jew billi jieħdu ritratt tal-iskrin b'kamera oħra).
Jekk jogħġbok żomm f'moħħok: Jekk tikser ir-Regoli tal-Komunità tagħna, nafu nneħħu l-kontenut li jikser ir-regoli.
Jekk jogħġbok aqra l-Politika tal-Privatezza tagħna għal iktar tagħrif.