Ir-rapporti tiegħek jgħinuna nżommu l-komunità ta' Snapchat waħda b'saħħitha u sigura. Jekk int jew xi ħadd minn sħabek tħabbtu wiċċkom ma', jew taraw, xi kontenut jew imġiba li tikser ir-Regoli tal-Komunità jew ir-Regoli u l-Kundizzjonijiet fuq Snapchat bħal...
- Bullying, fastidju u malafama
- Kontenut bl-għera u kontenut sesswali
- Theddid, vjolenza u mġiba perikoluża
- Kliem ta' mibegħda, terroriżmu u estremiżmu vjolenti
- Drogi u armi
- Suwiċidju u ħsara lilek innifsek
- Informazzjoni falza u mġibiet qarrieqa
- Spam
...l-eħfef u l-aqwa mod kif tirrapporta l-kontijiet jew il-kontenut lit-tim tas-sigurtà tagħna huwa mill-app ta' Snapchat. Kemm tagħfas fuq il-ħaġa u żżommha magħfusa u mbagħad tagħfas fuq 'irrapporta'. Jekk jogħġbok kompli aqra għal iktar tagħrif.
Agħfas fuq ħolqa t'hawn taħt biex tmur mill-ewwel għat-taqsima li tixtieq:
- Nixtieq nirrapporta Snap jew Storja fuq Snapchat
- Nixtieq nirrapporta Profil Pubbliku fuq Snapchat
- Nixtieq nirrapporta Kont ta' Snapchat
- Nixtieq nirrapporta messaġġ f'taħdita fuq Snapchat
- Nixtieq nirrapporta sticker personalizzata fuq Snapchat
- Qed nuża Snapchat mis-sit u nixtieq nirrapporta Storja
- Nixtieq nirrapporta jew naħbi l-kontenut fi Stejjer
- Nixtieq nirrapporta Lenti
- Jien residenti tal-Unjoni Ewropea u nixtieq nirrapporta l-kontenut li jikser il-liġi skont Artiklu 16 tal-Att tas-Servizzi Diġitali
- Nixtieq nirrapporta stampi intimi meħuda mingħajr permess skont il-liġijiet tal-ġurisdizzjoni tiegħi
Nixtieq nirrapporta Snap jew Storja fuq Snapchat
Biex tirrapporta Snap jew Storja fuq Snapchat, agħfas fuqha u żomm subgħajk magħfus u agħfas fuq 'Irrapporta l-iSnap' biex tibagħtilna r-rapport.
Billi tagħfas u żżomm subgħajk magħfus, tista' tirrapporta għadd kbir ta' kontenut fuq Snapchat. Tista' tirrapporta:
- Snaps Diretti
- L-Istejjer Tiegħi
- Stories Maqsuma
- Stejjer tal-Utenti Pubbliċi
- Snaps fuq il-Mappa tal-iSnaps
- Snaps fuq Spotlight
Nixtieq nirrapporta Profil Pubbliku fuq Snapchat
Biex tirrapporta Profil Pubbliku fuq Snapchat…
- Iftaħ il-Profil Pubbliku li tixtieq tirrapporta
- Agħfas fuq
min-naħa ta' fuq - Agħfas fuq 'Irrapporta'
- Agħżel ir-raġuni għaliex qed tirrapporta l-Profil Pubbliku mbagħad agħfas fuq 'Ibgħat'
Nixtieq nirrapporta Kont ta' Snapchat
Biex tirrapporta l-kont ta' Snapchat ta' xi ħadd, iftaħ il-paġna tat-Taħdit, agħfas u żomm subgħajk magħfus fuq isem l-iSnapchatter, agħfas fuq 'Għażliet tal-Ħbiberija' u agħfas fuq 'Irrapporta'.
Jekk jogħġbok żomm f'moħħok: Il-ħaddiema ta' Snap qatt mhu se jikkuntattjawk bi Snap jew b'Taħdita biex jgħinuk. Jekk jogħġbok irrapporta dak il-kont jekk issib ruħek f'qagħda bħal din jew xi ħadd iħeġġek tkellem lil xi kont ta' Snapchat għall-għajnuna.
Nixtieq nirrapporta messaġġ f'taħdita fuq Snapchat
Tista' tirrapporta l-messaġġi mibgħuta f'Taħditiet privati u Taħditiet tal-Grupp kif ukoll messaġġi f'Taħditiet dwar is-Suġġetti.
Biex tirrapporta messaġġ ta' Taħdit, agħfas u żomm subgħajk magħfus fuq il-messaġġ li tixtieq tirrapporta mbagħad agħfas fuq 'Irrapporta'.
Nixtieq nirrapporta sticker personalizzata fuq Snapchat
Biex tirrapporta sticker personalizzata, agħfas u żomm subgħajk magħfus fuq il-messaġġ li tixtieq tirrapporta mbagħad agħfas fuq 'Irrapporta'.
Qed nuża Snapchat mis-sit u nixtieq nirrapporta Storja
Biex tirrapporta Storja mis-sit tagħna (mhux mill-app tal-mowbajl ta' Snapchat), agħfas
fuq il-filmat li tixtieq tirrapporta mbagħad agħfas fuq 'Irrapporta l-iSnap'.
Jekk xi post mhux jintwera kif suppost fuq il-Mappa tal-iSnaps, dan huwa kif għandek tirrappurtah.
Nixtieq nirrapporta jew naħbi l-kontenut fi Stejjer
Biex tirrapporta l-kontenut ta' Storja, agħfas u żomm il-maduma magħfusa u agħfas fuq 'Irrapporta l-Maduma'.
Jekk il-problema tkun biss li l-kontenut ma jogħġbokx, agħfas fuq 'Aħbi' minflok biex tara inqas Stejjer ta' dik ix-xorta fi Stejjer.
Nixtieq nirrapporta Lenti
Tista' tirrapporta l-Lentijiet maħluqa mill-iSnapchatters infushom. Iftaħ il-Lenti mill-Karużell tal-Lentijiet, agħfas fuq ⓘ fuq il-Lentijiet u agħfas fuq 'Irrapporta' biex tirrappurtaha.
Jien residenti tal-Unjoni Ewropea u nixtieq nirrapporta l-kontenut li jikser il-liġi skont Artiklu 16 tal-Att tas-Servizzi Diġitali
Biex tirrapporta kontenut li ssib fuq Snapchat u li temmen li jikser il-liġi, agħfas u żomm subgħajk magħfus fuqu u agħfas fuq 'Irrapporta l-iSnap' jew 'Irrapporta r-Riklam' biex tgħarrafna dwaru. Minn hemm imxi mal-istruzzjonijiet li tagħtik l-app biex tlesti r-rapport tiegħek u ħejji ruħek biex tagħti iktar tagħrif dwar il-għaliex temmen li l-kontenut jikser il-liġi.
Nissuġġeru bis-sħiħ li tirrapporta l-kontenut li jikser il-liġi direttament mill-app skont kif fissirna hawn fuq. Ir-residenti tal-UE jistgħu, skont Artiklu 16 tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali, jagħżlu li jagħfsu hawn minflok biex jirrappurtaw il-kontenut li jikser il-liġi.
Nixtieq nirrapporta stampi intimi meħuda mingħajr permess skont il-liġijiet tal-ġurisdizzjoni tiegħek
Xi ġurisdizzjonijiet għandhom liġijiet li jeħtieġu li Snapchat tagħti mod kif tirrapporta l-istampi intimi meħuda mingħajr permess (NCII) (ngħidu aħna, il-Liġi Numru 441 tas-Senat ta' Texas). Tista' tressaq dax-xorta ta' rapport u għalhekk titlobna nneħħu l-kontenut NCII fuq Snapchat billi:
- Tagħfas hawn;
- Minn “Irrapporta l-ksur”, agħżel “Tellgħu l-istampi tiegħi għarwien/a jew stampi intimi tiegħi mingħajr il-permess tiegħi”;
- Imla t-taqsimiet meħtieġa; u
- Ikklikkja fuq il-buttuna “Ibgħat”.
Meta tista', għandek tirrapporta wkoll dak il-kontenut fl-app ta' Snapchat billi tagħfas u żżomm fuq il-kontenut u tagħfas fuq ‘Irrapporta’ jew ‘Irrapporta l-iSnap’. Dan l-eħfef u l-iktar mod effiċjenti biex tgħarrafna dwar il-kontenut li taħseb li mhux xieraq. Minn hemm tista' timxi mal-istruzzjonijiet tal-app biex tibgħat ir-rapport. Biex tgħinna nsibu l-biċċa kontenut li tirrapporta eżatt u nagħtuk tweġiba aħjar, nissuġġerulek bis-sħiħ li tirrapporta l-kontenut bil-proċess tar-rapport tal-app minbarra li tuża proċess imsemmi hawn fuq.
Wara li tibgħat ir-rapport, se nibagħtulek messaġġ bl-irċevuta. It-timijiet tas-sigurtà tagħna se (1) jiċċekkjaw ir-rapport biex jifhmu jekk il-kontenut li rrappurtajt jiksirx jew le ir-Regoli tas-Servizz u r-Regoli tal-Komunità tagħan fosthom il-politika tagħna marbuta mal-kontenut sesswali mingħajr permess u (2) nagħmlu l-għemil meħtieġ kif fissirna hawn. Wara li nkunu wettaqna r-reviżjoni tagħna, se nibagħtulek email u/jew messaġġ fl-app biex ngħarrfuk bir-riżultat tar-rapport. Tista' żżomm kont tal-istat tar-rapport li bgħatt fl-app minn Ir-Rapporti Tiegħi.